9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/28


Sejħa għal proposti – It-Tieni Tournament tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI

2013/C 70/10

L-Istitut tal-BEI jorganizza t-tieni edizzjoni tat-Tournament tal-Innovazzjoni Soċjali tiegħu.

It-Tournament tal-Innovazzjoni Soċjali stabbilit mill-Istitut tal-BEI fl-2012 huwa inizjattiva ewlenija tal-Programm Soċjali tiegħu. It-Tournament għandu l-għan li jippromwovi l-ġenerazzjoni ta’ ideat innovattivi u li jidentifika/jippremja opportunitajiet li jwiegħdu benefiċċji soċjali sostanzjali jew li juru l-aħjar prassi b’riżultati tanġibbli u li jistgħu jitkejlu. Għandu fil-mira l-ħolqien ta’ valur soċjali b’relazzjoni mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant ikopri proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, mill-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa għall-ambjent naturali jew urban, permezz ta’ teknoloġiji ġodda, sistemi ġodda, u proċessi ġodda. It-titjib f’dawn l-oqsma huwa kruċjali għas-suċċess fin-negozju, u l-innovazzjoni soċjali jista’ jkollha impatt soċjali sostanzjali. Bl-introduzzjoni ta’ Premju għal Kategorija Speċjali fl-2013, se tingħata enfasi addizzjonali għall-ambjent urban u naturali.

Għal dettalji dwar l-edizzjoni 2013 jekk jogħġbok żur il-websajt tat-tournament f’

http://institute.eib.org/2013/02/the-eib-institute-organises-the-second-edition-of-its-social-innovation-tournament/