27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6859 – Mitsubishi Corporation/Isuzu Motors/Isuzu Motors India Private Limited)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 57/05

1.

Fl-20 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun) u Isuzu Motors Ltd (“Isuzu”, il-Ġappun), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Isuzu Motors India Private Ltd, (“Isuzu India”, l-Indja) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MC: il-provvista tal-enerġija, tal-metalli; tal-makkinarju, tal-kimiki, tal-ikel u tal-merkanzija ġenerali,

għal Isuzu: Il-manifattura u l-provvista ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll ta' komponenti tal-magni.

3.

Isuzu India se tkun attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ vetturi bil-mutur u l-ispare parts fl-Indja u possibilment fi swieq emerġenti ġirien oħra. Isuzu India mhux se tkun attiva fiż-ŻEE.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6859 – Mitsubishi Corporation/Isuzu Motors/Isuzu Motors India Private Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).