1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/17


Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja: Riżultati tal-Kumitat tal-Għażla ta' EIBURS 2012

2013/C 30/10

Il-Programm ta’ Sponsorship ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI (EIB-University Research Sponsorship Programme — EIBURS) huwa parti mill-Programm tal-Għarfien tal-Istitut tal-BEI, li permezz tiegħu l-BEI jimmira li jrawwem ir-relazzjonijiet istituzzjonali tiegħu ma’ universitajiet. EIBURS jipprovdi għotjiet lil ċentri ta’ riċerka universitarji li jaħdmu fuq suġġetti u temi ta’ riċerka ta’ interess ewlieni għall-Bank. Il-boroż ta' studju tal-BEI, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji interessati jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali, b’ħila esperta rikonoxxuta f’oqsma ta’ interess dirett għall-Bank. L-għan tal-borża ta’ studju huwa li jippermetti liċ-ċentri magħżula li jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma.

Għall-perjodu 2012-2015, il-programm EIBURS għażel tliet linji ta’ riċerka:

Kejl tal-Impatt lil hinn mid-Dħul Finanzjarju

Litteriżmu Finanzjarju

Analiżi tal-Benefiċċji meta mqabbla mal-Ispejjeż fis-Settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

Il-BEI rċieva 28 proposta formali għat-3 sponsorships tal-EIBURS proposti għall-perjodu 2012-2015. It-tabella li ġejja tindika d-distribuzzjoni tal-applikanti skont il-pajjiż u t-tema:

EIBURS 2012

Kejl tal-impatt lil hinn mid-dħul finanzjarju

Litteriżmu finanzjarju

Analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż fis-settur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

TOTAL

AT

 

 

1

1

BE

 

1

 

1

BG

1

1

 

2

DE

 

1

1

2

DK

 

1

 

1

ES

3

1

 

4

GR

1

 

 

1

IT

1

3

2

6

NL

1

1

 

2

PT

 

1

1

2

RO

 

1

 

1

UK

4

1

 

5

TOTAL

11

12

5

28

Il-Kumitat tal-Għarfien iddeċieda, fit-16 ta’ Novembru 2012, li jagħti l-għotja EIBURS għal-linji ta’ riċerka:

“Il-Kejl tal-Impatt lil hinn mid-Dħul Finanzjarju” lil-London School of Economics and Political Science (ir-Renju Unit); u

“Analiżi tal-Benefiċċji meta mqabbla mal-Ispejjeż fis-Settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni” lill-Università ta’ Milan (l-Italja).

Il-Kumitat tal-Għarfien iddeċieda wkoll, fil-21 ta’ Diċembru 2012, li jagħti l-għotja EIBURS għal-linja ta’ riċerka “Litteriżmu Finanzjarju” lill-Università ta’ Groningen (il-Pajjiżi l-Baxxi).

Il-programm ta’ attivitajiet tat-3 sponorships tal-EIBURS ser jiġi ppubblikat fil-paġna tal-Programm tal-Għarfien tal-websajt tal-Istitut tal-BEI malli jkunu ġew iffirmati l-kuntratti mal-universitajiet.

L-applikanti kollha ġew infurmati direttament dwar dawn ir-riżultati.

Huwa mistenni li l-fażi li jmiss ta’ EIBURS tiġi mnedija fix-xhur li ġejjin. It-temi li għandhom jiġu proposti ser jiġu mħabbra mat-tnedija.

Għal informazzjoni aktar estensiva dwar EIBURS u dwar il-programmi u l-mekkaniżmi l-oħrajn tal-Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI, STAREBEI (STAges de REcherche BEI) u Netwerks Universitarji tal-BEI, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Programm tal-Għarfien tal-websajt tal-Istitut tal-BEI.