31.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 29/1 |
It-Tnejn 19 ta’ Novembru 2012
MINUTI TAS-SEDUTA TAD-19 TA’ NOVEMBRU 2012
2013/C 29 E/01
Werrej
1. |
Tkomplija tas-sessjoni |
2. |
Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti |
3. |
Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza |
4. |
Kompożizzjoni tal-Parlament |
5. |
Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet |
6. |
Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja |
7. |
Avviż mill-Presidenza |
8. |
Trażmissjoni ta’ testi ta’ ftehim mill-Kunsill |
9. |
Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament |
10. |
Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti |
11. |
Mistoqsijiet għal tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq) |
12. |
Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti |
13. |
Petizzjonijiet |
14. |
Trasferiment ta’ approprjazzjonijiet |
15. |
Dokumenti mressqa |
16. |
Ordni tal-ħidma |
17. |
Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni) ***I (dibattitu) |
18. |
Aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta’ tmien pajjiżi terzi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (dibattitu) |
19. |
It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ***I (dibattitu) |
20. |
Interventi ta’ minuta dwar kwistjonijiet ta’ importanza politika |
21. |
Pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl (preżentazzjoni qasira) |
22. |
Sistema bankarja parallela (preżentazzjoni qasira) |
23. |
Il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali (preżentazzjoni qasira) |
24. |
L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur (preżentazzjoni qasira) |
25. |
Patt dwar l-Investiment Soċjali (preżentazzjoni qasira) |
26. |
Inizjattiva għan-Negozju Soċjali (preżentazzjoni qasira) |
27. |
L-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta’ vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ***I - L-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ***I (dibattitu) |
28. |
L-aġenda tas-seduta li jmiss |
29. |
Għeluq tas-seduta |
REĠISTRU TAL-ATTENDENZA
MINUTI TAS-SEDUTA TAD-19 TA’ NOVEMBRU 2012
PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President
1. Tkomplija tas-sessjoni
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.
2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President feraħ bil-waqfien tal-istrajk tal-ġuħ tal-priġunieri Kurdi fit-Turkija.
Il-President ikkundanna ż-żieda tal-vjolenza bejn l-Iżrael u Ħamas u indika li nhar l-Erbgħa se jsir dibattitu dwar is-sitwazzjoni f'Gaża.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
Emil Stoyanov ippreżenta r-riżenja mill-mandat tiegħu ta’ Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mis-16 ta’ Novembru 2012.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
*
* *
Viktor Uspaskich ġie elett fil-parlament nazzjonali tar-Repubblika Litwana u ppreżenta r-riżenja mill-mandat tiegħu ta’ Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mis-16 ta’ Novembru 2012.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
*
* *
Iliana Ivanova nħatret Membru tal-Qorti tal-Awdituri u ppreżentat ir-riżenja mill-mandat tagħha ta’ Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mill-1 ta’ Jannar 2013.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta’ ħatra li ġejjin mill-grupp GUE/NGL u mis-segretarjat tal-membri mhux affiljati:
|
Kumitat IMCO: Thomas Handel minflok Mikael Gustafsson |
|
Kumitat TRAN: Patricia van der Kammen |
|
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Penisola Koreana: Patricia van der Kammen. |
|
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta’ dawn il-Minuti. |
6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta’ Proċedura):
— |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (00040/2012/LEX - C7-0381/2012 - 2011/0239(COD)); |
— |
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE billi testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u billi taġġorna l-ismijiet ta’ pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni (00055/2012/LEX - C7-0380/2012 - 2012/0165(COD)); |
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (00041/2012/LEX - C7-0379/2012 - 2010/0353(COD)); |
— |
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) (00049/2012/LEX - C7-0378/2012 - 2011/0217(COD)); |
— |
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE biex tinkludi l-materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija ‧kwalifikati‧ u biex taġġorna l-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni (00054/2012/LEX - C7-0377/2012 - 2012/0172(COD)); |
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (00053/2012/LEX - C7-0376/2012 - 2012/0143(COD)); |
— |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (00044/2012/LEX - C7-0375/2012 - 2010/0253(COD)); |
— |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (00031/2012/LEX - C7-0374/2012 - 2011/0190(COD)). |
7. Avviż mill-Presidenza
Il-President informa li, skont l-Artikolu 106 u l-Anness XVII tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Konferenza tal-Presidenti kif ukoll il-Konferenza tal-Presidenti tal-kumitati kkonkludew is-smigħ tal-Membru Nominat tal-Kummissjoni Tonio Borg.
Fil-laqgħa tagħha tal-Ħamis, il-15 ta’ Novembru 2012, il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li l-votazzjoni dwar dan se ssir nhar l-Erbgħa, il-21 ta’ Novembru 2012. Skont l-Anness XVII, il-paragrafu 2, l-aħħar paragrafu tar-Regoli ta’ Proċedura, il-votazzjoni se ssir permezz ta’ vot sigriet.
8. Trażmissjoni ta’ testi ta’ ftehim mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
— |
ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea; |
— |
protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra; |
— |
emenda tal-ftehim qafas globali dwar sħubija u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra. |
9. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta’ Ġunju u Lulju 2012 hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
10. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 0023/2012 u 0024/2012 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru meħtieġ ta’ firem, skont l-Artikolu 123(5) tar-Regoli ta’ Proċedura.
11. Mistoqsijiet għal tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) |
mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura)
|
2) |
dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura)
|
12. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
Modifiki tar-riferimenti lill-Kumitati
— |
Konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-nomina ta’ Membru tal-Kummissjoni Ewropea: Dr Tonio Borg (N7-0116/2012 - C7-0366/2012 - 2012/0807(NLE))
|
13. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 201(6) tar-Regoli ta’ Proċedura:
|
Data: 31 ta’ Ottubru 2012 Günter Tengler (nru 1226/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1227/2012); Ljiljana Savić (nru 1228/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1229/2012); Gerhard Radeck (nru 1230/2012); Charalambos Kavvadias (nru 1231/2012); Jacob G. Heinrich (nru 1232/2012); Charalambos Psarros (nru 1233/2012); Friedhelm Munter (3 firem) (nru 1234/2012); Robert Olesinski (nru 1235/2012); Klaus Büsing (nru 1236/2012); Athina Plati (nru 1237/2012); Georgios M. Emmanoulidis (nru 1238/2012); Georgios Babalis (nru 1239/2012); Birgit Kuntze (nru 1240/2012); Angelo Giunta (nru 1241/2012); Alfonso Balceda Gómez (20 firma) (nru 1242/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1243/2012); José María Domingo Montejano Clouté (nru 1244/2012); Ramona Isabella Stancu (nru 1245/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1246/2012); Epifanio Vázquez Buendía (nru 1247/2012); Gheorghe Ungureanu (nru 1248/2012); Shaheeb M. Sher (nru 1249/2012); Ienulesc Alexandru Șotîngă (Asociatia Composesoratul Poienile Tăii) (nru 1250/2012); Occupy For Animals (13749 firma) (nru 1251/2012); Gregory Barton (nru 1252/2012); Francesco Tiriaca (nru 1253/2012); Joëlle Pellegrin Oldenbourg (GEE - Galgos Ethique Europe) (19629 firma) (nru 1254/2012). |
|
Data: 15 ta’ Novembru 2012 Àngeles Martínez Castells (Dempeus per la Salut Pública) (2 firem) (nru 1255/2012); Michelle Thew (European Coalition To End Animal Experiment) (241987 firma) (nru 1256/2012); Savvas Mikropoulos (nru 1257/2012); Valdur Vagane (nru 1258/2012); Marius Valentin Văduva (SC Cynegis Engineering Srl) (nru 1259/2012); Isabella Caruana (12-il firma) (nru 1260/2012); László Kuti (nru 1261/2012); Eckhard Grimmel (Universität Hamburg, Institut für Geographie) (nru 1262/2012); Ioannis Mylonas (8 firem) (nru 1263/2012); Dietmar Praschak (nru 1264/2012); Silke Uecker (2 firem) (nru 1265/2012); László Bíró (nru 1266/2012); Hermann Pichlhofer (nru 1267/2012); Igor Tarić (nru 1268/2012); Hans Lindemann (Bürgerinitiative gegen Flughafen Twente) (2 firem) (nru 1269/2012); Maria Kowalska-Schneider (nru 1270/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1271/2012); Desislava Petkova (nru 1272/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1273/2012); Zdravko Urbanc (nru 1274/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1275/2012); Marcus Ludwig (nru 1276/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1277/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1278/2012); Heike Schwartz (nru 1279/2012); Anastasios Tsorlinis (nru 1280/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1281/2012); Johannes Küppers (nru 1282/2012); Anne Alexandra Eckmann (nru 1283/2012); Stoian Panayotov Aslanov (nru 1284/2012); H. J. Afink (nru 1285/2012); Marina Sinodinou (Acmon Systems) (nru 1286/2012); Jānis Cukurs (nru 1287/2012); Wilfried Aanraad (nru 1288/2012); Elizabeth Bornecrantz (nru 1289/2012); Giorgos Ioannidis (nru 1290/2012); Steffen Eitner (nru 1291/2012); Erika Sima (nru 1292/2012); Rudolf Binder (nru 1293/2012); Daniela Brescan (nru 1294/2012); Mauro Parilli (nru 1295/2012); Steffen Model (nru 1296/2012); Felix Fru Mukong (nru 1297/2012); Zoltán Lomnici (nru 1298/2012); Marco Bava (nru 1299/2012); Marco Bava (nru 1300/2012); Marco Bava (nru 1301/2012); John Finch (nru 1302/2012); Emilia Imbault-Huart (nru 1303/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1304/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1305/2012); Mark Tedman (nru 1306/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1307/2012); Brian Kelly (nru 1308/2012); Erika Balogh (nru 1309/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1310/2012); Ivo Georgiev (nru 1311/2012); Judith Weber (nru 1312/2012); Marcello Motto (nru 1313/2012); Irina Vladimirovna Ziboreva (nru 1314/2012); Trevor Lawrance (nru 1315/2012); Angelo Lattao (nru 1316/2012); Oisin Jones-Dillon (nru 1317/2012); Paul Devereux (nru 1318/2012); Ramia Bittar (nru 1319/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1320/2012); Oisin Jones-Dillon (nru 1321/2012); José Gabriel Cardona Guzmán (nru 1322/2012); Encarnación Murillo López (nru 1323/2012); Fernando Moscatiello (nru 1324/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1325/2012); Gabriel Rădună (nru 1326/2012); Aina Verze (Latvijas Pensionāru federācija) (nru 1327/2012); David Collins (nru 1328/2012); Raymond Wegmann (nru 1329/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1330/2012); Roberto Albanese (nru 1331/2012); Jonathan Strong (769 firma) (nru 1332/2012); Ian Rogers (nru 1333/2012); (isem kunfidenzjali) (nru 1334/2012); Olivia Laverick (nru 1335/2012); Vasile Mihu (nru 1336/2012); Nikolaos Tsirikos (nru 1337/2012); Mark Duchamp (nru 1338/2012); Roberta Rendina (Soteria International) (nru 1339/2012); Giuseppe Lipari (Comitato "Costruiamo il domani") (nru 1340/2012); Andrew Buchan (INCAS - In Care Abuse Survivors) (nru 1341/2012); Raphaël Romi (nru 1342/2012); José Manuel Estévez Rodríguez (Plataforma afectados Vigo-Val.Miñor) (nru 1343/2012); Roberta Fornasari (140207 firem) (nru 1344/2012). |
14. Trasferiment ta’ approprjazzjonijiet
Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew informa lill-Awtorità tal-baġit bil-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet INF 3/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat tar-Reġjuni informa lill-Awtorità tal-baġit bil-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet INF 9/2012, INF 10/2012, INF 11/2012, INF 12/2012, INF 13/2012, INF 14/2012 u INF 15/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Qorti tal-Ġustizzja informat lill-Awtorità tal-baġit bil-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet 6/2012 u 7/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, l- Ombudsman informa lill-Awtorità tal-baġit bil-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet 4/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Qorti tal-Awdituri informat lill-Awtorità tal-baġit bil-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet V/AB-12/C/12.
*
* *
Bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jesprimix oġġezzjoni għall-abbozz ippreżentat mill-Qorti tal-Awdituri dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet V/AB-04/A/12, V/AB-05/C/12, V/AB-06/C/12, V/AB-07/T/12, V/AB-08/T/12, V/AB-09/T/12, V/AB-10/T/12 u V/AB-11/T/12.
*
* *
Bi qbil mal-Artikolu 23 tar-Regolament Finanzjarju, il- Kummissjoni Ewropea informat lill-Awtorità tal-baġit bil-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet INFO 03/2012.
*
* *
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju hekk kif interpretat fil-punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew informa lill-Awtorità tal-baġit bil-proposti għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet DEC 1/2012, DEC 2/2012 u DEC 3/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju hekk kif interpretat fil-punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat tar-Reġjuni informa lill-Awtorità tal-baġit bil-proposta għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet DEC 1/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju hekk kif interpretat fil-punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet DEC 36/2012 tal-Kummissjoni (N7-0106/2012 - C7-0325/2012 – 2012/2250(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju thekk kif interpretat fil-punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet DEC 37/2012 tal-Kummissjoni (N7-0107/2012 - C7-0326/2012 – 2012/2251(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju hekk kif interpretat fil-punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għal trasferiment ta’ approprjazzjonijiet DEC 38/2012 tal-Kummissjoni (N7-0108/2012 - C7-0327/2012 - 2012/2252(GBD)).
*
* *
Bi qbil mal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-Ombudsman informa lill-Awtorità tal-baġit bit-talba għal modifika tal-organigramma għall-persunal 1 – Sena baġitarja 2012.
15. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn id-dokumenti li ġejjin:
1) |
mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
|
2) |
mill-kumitati parlamentari, ir-rapporti
|
16. Ordni tal-ħidma
Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji Novembru 2012 (PE 499.935/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta’ Proċedura):
|
It-Tnejn Ma ġiet proposta l-ebda bidla. Tkellmet Sophia in 't Veld dwar il-mewt ta’ Savita Halappanavar li seħħet fit-28 ta’ Ottubru 2012 fir-Repubblika tal-Irlanda. Il-President ħa nota. |
|
It-Tlieta
|
|
L-Erbgħa Talba tal-Gruppi Verts/ALE u GUE/NGL sabiex titressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni f'konklużjoni tad-dibattitu dwar is-Sitwazzjoni f'Gaża (punt 198 tal-PDOJ). Tkellmu Daniel Cohn-Bendit u Gabriele Zimmer biex jippreżentaw it-talba, Enrique Guerrero Salom biex jitlob li l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni sseħħ f'Diċembru, Francesco Enrico Speroni u Guy Verhofstadt biex il-votazzjoni ssir waqt is-sessjoni attwali u Enrique Guerrero Salom li qabel mal-aħħar proposta. Il-Parlament wera l-qbil tiegħu għal din it-talba. |
|
Il-Ħamis Ma ġiet proposta l-ebda bidla. L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat. |
17. Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni) [COM(2010)0748 - C7-0433/2010- 2010/0383(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A7-0320/2012)
Tadeusz Zwiefka ippreżenta r-rapport tiegħu.
PRESIDENZA: Othmar KARAS
Viċi President
Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Evelyn Regner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta’ Dimitar Stoyanov, Raffaele Baldassarre f'isem il-Grupp PPE, Antonio Masip Hidalgo f'isem il-Grupp S&D, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta’ Tadeusz Zwiefka, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dimitar Stoyanov Membru mhux affiljat, Roberta Angelilli, Monika Flašíková Beňová u Silvia-Adriana Țicău.
Tkellmu Viviane Reding u Tadeusz Zwiefka.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 6.1 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
18. Aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta’ tmien pajjiżi terzi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000159/2012) imressqa minn Klaus-Heiner Lehne, Luigi Berlinguer, Eva Lichtenberger, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein u Tadeusz Zwiefka, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Aċċettazzjoni tal-aċċessjoni ta’ tmien pajjiżi terzi għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar aspetti ċivili tal-ħtif tat-tfal internazzjonali. (B7-0367/2012)
Evelyn Regner daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija.
Tkellmu Roberta Angelilli f'isem il-Grupp PPE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Martina Anderson f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Tadeusz Zwiefka.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu u Angelika Werthmann.
Tkellmet Viviane Reding.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 13.5 tal-Minuti ta’ 22.11.2012.
19. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi [COM(2010)0473 - C7-0279/2010- 2010/0246(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jan Mulder (A7-0269/2012)
Jan Mulder ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Anna Maria Corazza Bildt f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Monika Flašíková Beňová.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Andrew Henry William Brons u Gerard Batten.
Tkellmu Viviane Reding, Ivo Vajgl u Jan Mulder.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 6.2 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
20. Interventi ta’ minuta dwar kwistjonijiet ta’ importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta’ importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura:
Anna Záborská, Monika Flašíková Beňová, Tatjana Ždanoka, Kinga Gál, María Irigoyen Pérez, François Alfonsi, Marina Yannakoudakis, Alda Sousa, Martin Ehrenhauser, Petru Constantin Luhan, Françoise Castex, Jelko Kacin, Gerard Batten, Georgios Toussas, Andreas Mölzer, Czesław Adam Siekierski, Monika Smolková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Jacky Hénin, László Tőkés, Cătălin Sorin Ivan, Claudio Morganti u Corneliu Vadim Tudor.
PRESIDENZA: Alexander ALVARO
Viċi President
Tkellmu Emer Costello, Salvador Sedó i Alabart, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Erik Bánki, Graham Watson u Csaba Sándor Tabajdi.
21. Pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl” [2012/2040(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sampo Terho (A7-0304/2012)
Sampo Terho għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Silvia-Adriana Țicău, Christian Engström, Andreas Mölzer, Ildikó Gáll-Pelcz, Monika Flašíková Beňová, Petru Constantin Luhan u Sergio Gaetano Cofferati.
Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 6.15 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
22. Sistema bankarja parallela (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar Sistema Bankarja Parallela [2012/2115(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Saïd El Khadraoui (A7-0354/2012)
Saïd El Khadraoui għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Evelyn Regner, Elena Băsescu, Sergio Gaetano Cofferati, Ildikó Gáll-Pelcz u Monika Flašíková Beňová.
Tkellem Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 6.16 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
23. Il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali [2012/2068(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Silvia Costa (A7-0353/2012)
Silvia Costa għamlet il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anna Maria Corazza Bildt, Pat the Cope Gallagher, Amelia Andersdotter, Marek Henryk Migalski, Oreste Rossi, Andreas Mölzer, Roberta Angelilli, Josef Weidenholzer, Angelika Werthmann, Andrea Češková, Jaroslav Paška, Franz Obermayr, Kinga Gál, Sergio Gaetano Cofferati, Seán Kelly, Monika Flašíková Beňová, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Silvia-Adriana Țicău, Iosif Matula, Petru Constantin Luhan u Erik Bánki.
Tkellem Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
PRESIDENZA: Oldřich VLASÁK
Viċi President
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 6.17 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
24. L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE dwar il-Kreditu għall-Konsumatur [2012/2037(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Birgit Collin-Langen (A7-0343/2012)
Birgit Collin-Langen għamlet il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Monika Flašíková Beňová, Ildikó Gáll-Pelcz, Silvia-Adriana Țicău, Franz Obermayr, Elena Băsescu, Olga Sehnalová, Phil Prendergast u Malcolm Harbour.
Tkellem Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 6.7 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
25. Patt dwar l-Investiment Soċjali (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-Patt dwar l-Investiment Soċjali - bħala reazzjoni għall-kriżi [2012/2003(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Danuta Jazłowiecka (A7-0263/2012)
Danuta Jazłowiecka għamlet il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Roberta Angelilli, Silvia-Adriana Țicău, Elena Băsescu, Antigoni Papadopoulou, Oreste Rossi, Joanna Katarzyna Skrzydlewska u Jan Kozłowski.
Tkellem Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 6.8 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
26. Inizjattiva għan-Negozju Soċjali (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-Inizjattiva għan-Negozju Soċjali – Il-ħolqien ta’ klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni [2012/2004(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Heinz K. Becker (A7-0305/2012)
Heinz K. Becker għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Anthea McIntyre, Roberta Angelilli, Silvia-Adriana Țicău, Elena Băsescu, Iosif Matula, Evelyn Regner, Petru Constantin Luhan u Csaba Sógor.
Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 6.18 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI
Viċi President
27. L-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta’ vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ***I - L-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta’ vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli. [COM(2010)0542 - C7-0317/2010- 2010/0271(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Wim van de Camp (A7-0445/2011)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija [COM(2010)0395 - C7-0204/2010- 2010/0212(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A7-0446/2011)
Wim van de Camp u Pier Antonio Panzeri ppreżentaw ir-rapporti.
Tkellem Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Roberts Zīle (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Ildikó Gáll-Pelcz f'isem il-Grupp PPE, Kerstin Westphal f'isem il-Grupp S&D, Toine Manders f'isem il-Grupp ALDE, Malcolm Harbour f'isem il-Grupp ECR, John Bufton f'isem il-Grupp EFD, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gay Mitchell, Silvia-Adriana Țicău, Riikka Manner, Oreste Rossi u Jim Higgins.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Phil Prendergast, Ryszard Czarnecki u Jaroslav Paška.
Tkellmu Antonio Tajani, Wim van de Camp u Pier Antonio Panzeri.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 6.13 tal-Minuti ta’ 20.11.2012 u punt 6.14 tal-Minuti ta’ 20.11.2012.
28. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 499.935/OJMA).
29. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.40.
Klaus Welle
Segretarju Ġenerali
Anni Podimata
Viċi President
It-Tnejn 19 ta’ Novembru 2012
REĠISTRU TAL-ATTENDENZA
Iffirmaw:
Agnew, Albertini, Albrecht, Alfonsi, Allam, Alvaro, Alves, Andersdotter, Anderson, Andreasen, Andrés Barea, Andrieu, Andrikienė, Angelilli, Angourakis, Antinoro, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Margrete Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, van Baalen, Bach, Badia i Cutchet, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bánki, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Bauer, Bearder, Becker, Belder, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Bennion, Berès, Berlato, Berlinguer, Besset, Bielan, Bilbao Barandica, Bisky, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Bodu, Böge, Bokros, Borghezio, Borsellino, Borys, Boștinaru, Boulland, Bové, Bradbourn, Brantner, Bratkowski, Brepoels, Březina, Brons, Brzobohatá, Bufton, Bullmann, Bușoi, Bütikofer, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Campbell Bannerman, Cancian, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Casa, Cashman, Casini, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Cavada, Cercas, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Chrysogelos, Claeys, Clark, Cliveti, Cochet, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Colman, Comi, Corazza Bildt, Cornelissen, Correa Zamora, António Fernando Correia de Campos, Silvia Costa, Costello, Cottigny, Cozzolino, Cramer, Crețu, Creutzmann, Cronberg, Cuschieri, Cutaș, Cymański, Czarnecki, Frédéric Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Dantin, Daul, David, Davies, De Angelis, De Backer, De Castro, De Keyser, Delli, Delvaux, de Sarnez, Deß, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Droutsas, Duff, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, Eickhout, El Khadraoui, Elles, Enciu, Engel, Engström, Eppink, Ernst, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajmon, Farage, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, João Ferreira, Fidanza, Flašíková Beňová, Flautre, Fleckenstein, Florenz, Foster, Fox, Fraga Estévez, Franco, Gahler, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, Garcés Ramón, García-Hierro Caraballo, García Pérez, Gardiazábal Rubial, Gardini, Gargani, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, Göncz, Goulard, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grèze, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gustafsson, Gutiérrez-Cortines, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Häfner, Fiona Hall, Handzlik, Hankiss, Hannan, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Hedh, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Ilchev, Imbrasas, in 't Veld, Iovine, Irigoyen Pérez, Iturgaiz Angulo, Ivan, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jazłowiecka, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, Johansson, de Jong, Jordan, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamiński, van der Kammen, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Kelam, Keller, Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Kleva, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Köstinger, Koumoutsakos, Kovatchev, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kuhn, Kukan, Kurski, Lambert, Lambsdorff, Lange, Langen, La Via, Le Grip, Legutko, Lehne, Le Hyaric, Leinen, Lichtenberger, Liese, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, López-Istúriz White, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lyon, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, McMillan-Scott, Macovei, Malinov, Manders, Maňka, Mann, Manner, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Matula, Mauro, Mayer, Mazej Kukovič, Mazzoni, Meissner, Mélenchon, Menéndez del Valle, Merkies, Mészáros, Louis Michel, Migalski, Mikolášik, Milana, Millán Mon, Miranda, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Moraes, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Morvai, Mulder, Muñiz De Urquiza, Murphy, Mynář, Naranjo Escobar, Nattrass, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicolai, Niebler, van Nistelrooij, Nitras, Nuttall, Obermayr, Ojuland, Olbrycht, Oomen-Ruijten, Ortiz Vilella, Oviir, Pack, Padar, Paksas, Paleckis, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Pașcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Paulsen, Perello Rodriguez, Peterle, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pirker, Pittella, Poc, Podimata, Ponga, Poręba, Posselt, Pöttering, Poupakis, Preda, Prendergast, Prodi, Protasiewicz, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ransdorf, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivellini, Roatta, Rochefort, Rodust, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Šadurskis, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salatto, Salavrakos, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sârbu, Sargentini, Sartori, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar-Toomast, Schaake, Schaldemose, Schlyter, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Martin Schulz, Werner Schulz, Schwab, Scicluna, Scottà, Scurria, Sedó i Alabart, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Sousa, Speroni, Stadler, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Susta, Svensson, Szájer, Szegedi, Szymański, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Keith Taylor, Rebecca Taylor, Teixeira, Terho, Thein, Theocharous, Thomas, Thomsen, Thyssen, Țicău, Toia, Tőkés, Torvalds, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Trematerra, Tremosa i Balcells, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Urutchev, Vadim Tudor, Vaidere, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Van Orden, Vattimo, Vaughan, Vergnaud, Verheyen, Vidal-Quadras, Vlasák, Vlasto, Voss, Wałęsa, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weidenholzer, Werthmann, Westphal, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Włosowicz, Wojciechowski, Wortmann-Kool, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zanoni, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zéribi, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Ziobro, Zver, Zwiefka
Osservaturi
Borzan, Božinović, Grubišić, Jerković, Matušić, Picula, Plenković, Radoš, Vrbat, Vuljanić