29.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6847 – Triton/Suomen Lähikauppa)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 27/06

1.

Fil-21 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Triton Managers III Limited u TFF III Limited (flimkien “Triton”, Jersey), indirettament permezz ta’ veikolu ta’ akkwist Bodem Holding Finland Oy, jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Suomen Lähikauppa Oy (“Suomen Lähikauppa”, il-Finlandja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Triton: investiment ta’ ekwità privata fl-Ewropa,

għal Suomen Lähikauppa: oġġetti tal-konsum ta’ kuljum li jinbiegħu bl-imnut fil-Finlandja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6847 – Triton/Suomen Lähikauppa, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).