29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/7 |
Avviż ta' reklutaġġ PE/162/S
2013/C 27/04
Il-Parlament Ewropew qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:
PE/162/S – Kap tal-Unità (AD 9) – L-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fir-Rumanija
Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal kors ta' grad Universitarju komplut iċċertifikat b'diploma uffiċjalment rikonoxxuta f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-kandidati jeħtieġ li, sad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u minn meta jkunu kisbu l-kwalifika msemmija hawn fuq, ikollhom tal-anqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet, li minnhom 3 snin jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni maniġerjali.
Dan l-avviż ta' reklutaġġ qed jiġi ppubblikat biss bir-Rumen. It-test sħiħ jinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 27 A b’din il-lingwa.