12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/3


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2013/C 9/04

Fid-29 ta’ Novembru 2012, il-Laqgħa Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, sussegwentement għad-dħul fil-kariga bħala Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ N. Wahl, li temenda d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2010 (1), tas-26 ta’ Ottubru 2010 (2), tad-29 ta’ Novembru 2010 (3), tal-20 ta’ Settembru 2011 (4), tal-25 ta’ Novembru 2011 (5), tas-16 ta’ Mejju 2012 (6), tas-17 ta’ Settembru 2012 (7) u tad-9 ta’ Ottubru 2012 (8), dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli.

Għall-perijodu bejn id-29 ta’ Novembru 2012 u d-dħul fil-kariga tal-Membru Svediż, l-Imħallfin huma assenjati lill-awli b’dan il-mod:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

J. Azizi, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias, M. Kancheva u E. Buttigieg, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

J. Azizi, President tal-Awla;

a)

S. Frimodt Nielsen u M. Kancheva, Imħallfin;

b)

S. Frimodt Nielsen u E. Buttigieg, Imħallfin;

c)

M. Kancheva u E. Buttigieg, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

N. J. Forwood, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

N. J. Forwood, President tal-Awla;

 

F. Dehousse, Imħallef;

 

J. Schwarcz, Imħallef.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

O. Czúcz, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias, M. Kancheva u E. Buttigieg, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

O. Czúcz, President tal-Awla;

 

I. Labucka, Imħallef;

 

D. Gratsias, Imħallef.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

I. Pelikánová, President tal-Awla;

 

K. Jürimäe, Imħallef;

 

M. van der Woude, Imħallef.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

S. Papasavvas, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

S. Papasavvas, President tal-Awla;

 

V. Vadapalas, Imħallef;

 

K. O’Higgins, Imħallef.

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

H. Kanninen, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, S. Soldevila Fragoso, A. Popescu u G. Berardis, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

H. Kanninen, President tal-Awla, S. Soldevila Fragoso u G. Berardis, Imħallfin;

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

A. Dittrich, President tal-Awla;

 

I. Wiszniewska-Białecka, Imħallef;

 

M. Prek, Imħallef.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

L. Truchot, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, S. Soldevila Fragoso, A. Popescu u G. Berardis, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

L. Truchot, President tal-Awla;

 

M. E. Martins Ribeiro, Imħallef;

 

A. Popescu, Imħallef.

Għall-perijodu bejn id-29 ta’ Novembru 2012 u d-dħul fil-kariga tal-Membru Svediż:

fl-Ewwel Awla Estiża, l-Imħallfin li flimkien mal-President tal-Awla jikkomponu l-kulleġġ ġudikanti estiż għandhom ikunu ż-żewġ Imħallfin l-oħra tal-Ewwel Awla kif inizjalment adita, ir-raba’ Mħallef ta’ din l-awla u Mħallef tat-Tielet Awla komposta minn tliet Imħallfin. Dan tal-aħħar, li ma għandux ikun il-President tal-Awla, għandu jintgħażel skont l-ordni prevista fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

fit-Tielet Awla Estiża, l-Imħallfin li flimkien mal-President tal-Awla jikkomponu l-kulleġġ ġudikanti estiż għandhom ikunu ż-żewġ Imħallfin l-oħra tat-Tielet Awla kif inizjalment adita u żewġ Imħallfin tal-Ewwel Awla, kulleġġ ġudikanti kompost minn erba’ Mħallfin. Dawn l-aħħar żewġ Imħallfin, li ebda wieħed minnhom ma għandu jkun il-President tal-Awla, għandhom jintgħażlu skont l-ordni prevista fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

fl-Ewwel Awla komposta minn tliet Imħallfin, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost mill-President tal-Awla flimkien mal-Imħallfin imsemmija suċċessivament fil-punti (a), (b) jew (c), skont il-kulleġġ ġudikanti li jkun jagħmel parti minnu l-Imħallef Relatur. Għall-kawżi li fihom il-President tal-Awla jkun l-Imħallef Relatur, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost mill-President tal-Awla flimkien mal-Imħallfin ta’ kull wieħed minn dawn il-kulleġġi ġudikanti fuq bażi alternattiva fl-ordni tar-reġistrazzjoni tal-kawżi, bla ħsara għall-konnessjoni tal-kawżi.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010, p. 2.

(2)  ĠU C 317, 20.11.2010, p. 5.

(3)  ĠU C 346, 18.12.2010, p. 2.

(4)  ĠU C 305, 15.10.2011, p. 2.

(5)  ĠU C 370, 17.12.2011, p. 5.

(6)  ĠU C 174, 16.06.2012, p. 2.

(7)  ĠU C 311, 13.10.2012, p. 2.

(8)  ĠU C 343, 10.11.2012, p. 2.