12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 8/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6751 – BayWa/Wilhelm Bohnhorst/Bohnhorst Agrarhandel JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 8/06

1.

Fil-21 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). li permezz tagħha: l-impriża BayWA Agri GmbH, kumpanija kollha kemm hi proprjetà ta’ BayWa AG (“BayWA”, il-Ġermanja), u l-impriza Wilhelm Bohnhorst GmbH und Co. KG (“Wilhelm Bohnhorst”, il-Ġermanja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz tal-akkwist u t-trasferiment ta’ ishma, il-kontroll konġunt tal-impriża Bohnhorst Agrarhandel GmbH (“Bohnhorst Agrarhandel”, il-Ġermanja). Qabel l-amalgamazzjoni ppjanata, Bohnhorst Agrarhandel kienet kienet kollha kemm hi sussidjarja ta’ Wilhelm Bohnhorst.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BayWa hija impriża attiva madwar id-dinja involuta fil-provvista ta’ prodotti u servizzi fit-tliet oqsma: l-agrikoltura, l-enerġija u l-kostruzzjoni. Is-settur agrikolu huwa maqsum fit-taqsimiet kummerċ agrikolu, frott u apparat. L-impriża twettaq kummerċ fost oħrajn ta’ apparat tekniku użat fl-agrikoltura, takkwista u tagħmel kummerċ ta’ prodotti agrikoli bbażati fuq il-pjanti u tbiegħ riżorsi agrikoli,

Wilhelm Bohnhorst hija kumpanija azzjonarja kkontrollata mis-Sur Helmut Bohnhorst Jr., li apparti s-sehem li għandha f’Bohnhorst għandha biss numru limitat ta’ attivitajiet kummerċjali,

Bohnhorst Agrarhandel hija impriża agrikola attiva internazzjonalment li tikkumerċjalizza prodotti u fornimenti agrikoli lis-settur agrikolu u lis-settur kummerċjali. Barra minn dan, Bohnhorst toffri servizzi fil-qasam tal-provvista ta’ mezzi ta' produzzjoni kif ukoll ix-xiri, il-ħażna, it-trasferiment, il-kumerċjalizzazzjoni u t-trasport tal-ħsad.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6751 – BayWa/Wilhelm Bohnhorst/Bohnhorst Agrarhandel JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).