4.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/15


Sejħa għall-proposti skont l-abbozz tal-programm multiannwali għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk tal-Energija Trans-Ewropea (TEN-E) għall-2013

(Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 7510)

2013/C 1/06

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, qed iniedi sejħa għall-proposti sabiex jagħti għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ xogħol annwali għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk tal-Energija Trans-Ewropea għall-2013.

L-ammont massimu disponibbli skont din is-sejħa għall-proposti, għall-2013, huwa ta' EUR 12 200 000.

Is-sejħa tagħlaq fit-8 ta' Marzu 2013.

It-test sħiħ tas-Sejħa għall-proposti jinsab fuq:

http://ec.europa.eu/energy/infrastructure/grants/20130308_ten_e_en.htm