22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/31 |
Sejħa għal proposti EAC/S01/13 – Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni 2007-2013
2012/C 398/06
INTRODUZZJONI
Din is-sejħa għal proposti hi bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006, li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni mill-perjodu 2007 sal-2013, li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ “Żgħażagħ fl-Azzjoni”. Il-kundizzjonijiet iddettaljati ta’ din is-sejħa ta’ proposti jinstabu fil-Gwida tal-Programm tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) ippubblikata fil-websajt Europa (ara l-punt VIII). Il-Gwida tal-Programm tikkostitwixxi parti integrali ta’ din is-sejħa għal proposti.
I. Għanijiet u prijoritajiet
L-għanijiet ġenerali ddikjarati fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni huma dawn li ġejjin:
— |
il-promozzjoni b’mod ġenerali ta’ ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ u taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom b’mod partikolari; |
— |
l-iżvilupp tas-solidarjetà u l-promozzjoni tat-tolleranza fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari sabiex tiġi inkoraġġuta l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea; |
— |
l-inkoraġġiment għal komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ f’pajjiżi differenti; |
— |
il-kontribuzzjoni biex tiġi żviluppata l-kwalità ta’ sistemi ta’ appoġġ għall-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ; |
— |
il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ. |
Dawn l-għanijiet ġenerali għandhom jiġu implimentati fuq il-livell ta’ proġett billi jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet permanenti li ġejjin:
— |
iċ-ċittadinanza Ewropea |
— |
Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ |
— |
Id-diversità kulturali |
— |
l-inklużjoni ta’ żgħażagħ b’inqas opportunitajiet |
Minbarra l-prijoritajiet permanenti msemmija hawn fuq, jistgħu jiġu stabbiliti prijoritajiet annwali għall-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u dawn jiġu kkomunikati permezz tal-websajts tal-Kummissjoni, tal-Aġenzija Eżekuttiva u tal-Aġenziji Nazzjonali.
Għall-2013, il-prijoritajiet annwali huma dawn li ġejjin:
— |
proġetti li jipproponu attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u l-jeddijiet marbutin magħha, fil-kuntest tas-sena Ewropea taċ-ċittadini; |
— |
proġetti mmirati li jħeġġu l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, u għalhekk jippermettu liż-żgħażagħ biex iġibu ruħhom bħala ċittadini attivi u infurmati; |
— |
proġetti li jittrattaw il-kwistjoni tal-qgħad taż-żgħażagħ kif ukoll proġetti mmirati biex jistimolaw il-mobbiltà taż-żgħażagħ qiegħda u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà; |
— |
proġetti li jindirizzaw il-kwistjoni tal-faqar u l-marġinalizzazzjoni u l-inkoraġġiment tal-kuxjenza taż-żgħażagħ u l-impenn sabiex jiġu ttrattati dawn il-kwistjonijiet għal soċjetà aktar inklużiva. F'dan il-kuntest, għandha tingħata enfasi speċjali b'mod partikolari lill-inklużjoni ta' żgħażagħ migranti, żgħażagħ b’diżabilità, u fejn rilevanti ż-żgħażagħ Roma; |
— |
proġetti li jistimulaw fiż-żgħażagħ l-ispirtu ta’ inizjattiva, il-kreattività u l-intraprenditorija, l-impjegabilità, b 'mod partikolari permezz ta' inizjattivi taż-żgħażagħ; |
— |
proġetti li jippromwovu drawwiet tajbin għas-saħħa, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-prattika ta' attivitajiet fil-beraħ u tal-isport fl-iktar livelli bażiċi, bħala mezz għall-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, kif ukoll biex titrawwem l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-soċjetà. |
II. L-istruttura tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni
Sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jipprevedi ħames azzjonijiet operattivi.
Din is-sejħa għal proposta tikkonċerna s-sostenn għall-Azzjonijiet u Sottoazzjonijiet li ġejjin elenkati hawn taħt:
Azzjoni 1 – Żgħażagħ għall-Ewropa
— |
Sottoazzjoni 1.1 – Skambji ta’ Żgħażagħ (li jdumu sa 15-il xahar): L-Iskambji taż-Żgħażagħ joffru opportunità għal gruppi ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti biex jiltaqgħu u jitgħallmu dwar il-kulturi ta’ xulxin. Il-gruppi jippjanaw flimkien l-Iskambju taż-Żgħażagħ tagħhom madwar tema ta’ interess reċiproku. |
— |
Sottoazzjoni 1.2 – Inizjattivi għaż-Żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): L-Inizjattivi taż-Żgħażagħ isostnu proġetti ta’ gruppi mfassla fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Tappoġġja wkoll in-netwerking ta’ proġetti simili bejn pajjiżi differenti, sabiex jissaħħaħ l-aspett Ewropew tagħhom u titkabbar il-kooperazzjoni u l-iskambji tal-esperjenzi bejn iż-żgħażagħ. |
— |
Sottoazzjoni 1.3 – Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): Il-Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija jsostnu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-komunità lokali, reġjonali jew nazzjonali tagħhom u fuq livell internazzjonali. |
Azzjoni 2 – Servizz ta’ Volontarjat Ewropew
L-Azzjoni ssostni l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’forom varji ta’ attivitajiet ta’ volontarjat, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropew. Taħt din l-Azzjoni, iż-żgħażagħ jieħdu sehem individwalment jew fi gruppi, f’attivitajiet bla ħlas barra pajjiżhom, li ma għandhomx skop ta’ qligħ (li jdumu sa 24 xahar).
Azzjoni 3 – Iż-Żgħażagħ fid-Dinja
— |
Sottoazzjoni 3.1 – Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea (li ddum sa 15-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni proġetti ma’ Pajjiżi Msieħba Ġirien, prinċipalment Proġetti ta’ Skambji ta’ Żgħażagħ u ta’ Netwerking fil-qasam taż-żgħażagħ. |
Azzjoni 4 – Sistemi ta’ Appoġġ għaż-Żgħażagħ
— |
Sottoazzjoni 4.3 – It-Taħriġ u n-Netwerking ta’ dawk attivi fix-xogħol u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni b’mod partikolari kemm l-iskambju tal-esperjenzi, il-kompetenzi u l-prattiki tajba kif ukoll l-attivitajiet li jistgħu jwasslu għal proġetti ta’ kwalità li jdumu fit-tul, għal partenarjati u netwerks. |
Azzjoni 5 – L-appoġġ għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ
— |
Sottoazzjoni 5.1 – Laqgħat taż-żgħażagħ u ta’ dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa disa' xhur): din is-Sottoazzjoni tappoġġa l-kooperazzjoni, seminars u strutturi ta’ djalogu bejn iż-żgħażagħ, dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ |
III. Applikanti eliġibbli
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu minn:
— |
organizzazzonijiet volontarji u mhux governattivi |
— |
entitajiet pubbliċi lokali u reġjonali |
— |
gruppi informali ta’ żgħażagħ |
— |
entitajiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ |
— |
organizzazzjonijiet volontarji internazzjonali |
— |
organizzazzjonijiet mhux volontarji li jorganizzaw avveniment fil-qasam taż-żgħażagħ, l-isport jew il-kultura. |
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti legalment f’wieħed mill-Pajjiżi tal-Programm jew f’Pajjiżi Ġirien Imsieħba fis-Sħubija tal-Lvant jew fil-Balkani tal-Punent.
Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta’ promoturi. L-eliġibilità ta’ promoturi applikanti hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.
IV. Pajjiżi eliġibbli
Il-Programm miftuħ għall-pajjiżi li ġejjin:
(a) |
l-Istati Membri tal-UE; |
(b) |
l-Istati tal-EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim (l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja); |
(c) |
il-pajjiżi kandidati li jgawdu minn strateġija ta’ qabel is-sħubija, skont il-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ġenerali ddefiniti fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea (it-Turkija u l-Kroazja); |
(d) |
l-Isvizzera; |
(e) |
il-pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet mal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-qasam taż-żgħażagħ. |
Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta’ pajjiżi. L-eliġibilità tal-pajjiżi hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.
V. Kriterji għall-għoti
(i) |
Sottoazzjonijiet 1.1, 1.2, 3.1, 4.3 u l-Azzjoni 2:
|
(ii) |
Sottoazzjoni 1.3
|
(iii) |
Sottoazzjoni 5.1
|
VI. Baġit u Tul ta’ Żmien
Il-Programm għandu baġit totali ta’ EUR 885 miljun għall-perjodu 2007-2013. Il-baġit annwali huwa soġġett għal deċiżjoni mill-awtoritajiet baġitarji.
Baġit previst għall-2013 għall-Azzjonijiet u s-Sottoazzjonijiet li ġejjin
Sottoazzjoni 1.1 |
Skambji taż-Żgħażagħ |
39 691 270 |
Sottoazzjoni 1.2 |
Inizjattivi taż-Żgħażagħ |
14 794 500 |
Sottoazzjoni 1.3 |
Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija |
9 151 000 |
Azzjoni 2 |
Servizz Volontarju Ewropew |
70 156 580 |
Sottoazzjoni 3.1 |
Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea |
14 082 560 |
Sottoazzjoni 4.3 |
Taħriġ u netwerking ta’ dawk attivi fil-ħidma u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ |
21 749 750 |
Sottoazzjoni 5.1 |
Laqgħat ta’ żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ |
9 539 340 |
VII. L-iskadenzi għall-applikazzjonijiet
L-applikazzjoni għandha tintbagħat fil-limitu taż-żmien li jikkorrispondi mad-data ta’ bidu tal-proġett. Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Nazzjoni hemm tliet skadenzi ta’ żmien fis-sena għall-applikazzjoni.
Proġetti li jibdew bejn |
Skadenza għall-applikazzjoni |
L-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Ottubru |
l-1 ta’ Frar |
L-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Jannar |
l-1 ta’ Mejju |
L-1 ta’ Jannar u t-30 ta' Ġunju |
l-1 ta’ Ottubru |
Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva hemm tliet limiti ta’ żmien fis-sena għall-applikazzjoni.
Proġetti li jibdew bejn |
Skadenza għall-applikazzjoni |
L-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru |
l-1 ta’ Frar |
L-1 ta’ Diċembru u l-30 ta’ April |
il-3 ta’ Ġunju |
L-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Lulju |
il-3 ta’ Settembru |
VIII. Aktar Tagħrif
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fil-Gwida għall-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni fil-websajts li ġejjin:
|
http://ec.europa.eu/youth |
|
http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm |
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.