19.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6731 – Vitronet/Infinity)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 392/08

1.

Fit-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vitronet Holding GmbH mill-Ġermanja, ikkontrollata b'mod konġunt minn RWE Deutschland AG mill-Ġermanja u Aesop Sàrl mil-Lussemburgu, takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Infinity GmbH mill-Ġermanja, permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Vitronet Holding GmbH: l-ippjanar u l-kostruzzjoni tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ u netwerks u l-provvista ta’ prodotti bitstream,

għal RWE Deutschland AG: il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass,

għal Aesop Sàrl: il-ġestjoni ta’ investimenti, b'fowkus fuq l-industrija tat-telekomunikazzjoni,

għal Infinity GmbH: Servizzi tal-IT u softwer tal-IT (inkluża l-ġestjoni tad-dejta u l-kompressjoni tad-dejta) u netwerks ta' komunikazzjoni.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentawlha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6731 – Vitronet/Infinity, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).