|
5.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/12 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2012/C 375/06
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1), bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiki tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Malta
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Rappreżentanza ta’ Maġġoranza 1887
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn inħoloq mill-artist Malti Gianni Bonnici u juri kotra ferħana, bil-Palazz tal-Gvernatur fil-belt Valletta, fl-isfond. Fil-parti ta’ fuq taċ-ċirku intern, fil-forma ta’ nofs ċirku, l-iskrizzjoni “MALTA – Majority representation 1887”. Fil-parti t’isfel is-sena “2012”.
Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta' muniti li se jinħarġu:
Id-data tal-ħruġ: Settembru 2012
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).