| 
                22.11.2012  | 
            
                MT  | 
            
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 360/9  | 
         
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6790 – Mittal Investments/Certain UK Assets of Anglo American and Lafarge)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 360/07
| 
                1.  | 
            
                Fis-16 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mittal Investments Sàrl (“Mittal Investments”, il-Lussemburgu) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Tarmac SPV u Lafarge SPV permezz ta' xiri ta’ ishma. Tarmac SPV u Lafarge SPV huma vetturi bi skop speċjali stabbiliti minn Anglo American plc (“Anglo American”, ir-Renju Unit) u Lafarge SA (“Lafarge”, Franza) rispettivament li jippossjedu assi li kull kumpanija għandha tbiegħ bħala kundizzjoni tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni tar-Renju Unit ta' proposta għal impriża konġunta bejn Anglo American u Lafarge.  | 
         
| 
                2.  | 
            
                L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: 
 
  | 
         
| 
                3.  | 
            
                Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.  | 
         
| 
                4.  | 
            
                Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6790 – Mittal Investments/Certain UK Assets of Anglo American and Lafarge, fl-indirizz li ġej: 
  | 
         
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).