22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6771 – Bridgepoint/CPPIB/Dorna)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 360/06

1.

Fil-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bridgepoint Advisers Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit) u Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Dorna Sports S.L. (“Dorna”, Spanja), permezz tal-akkwist ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bridgepoint: investiment ta’ ekwità privata f’diversi setturi, inklużi dawk tas-servizzi finanzjarji, tal-kura tas-saħħa u tal-medja,

għall-CPPIB: organizzazzjoni professjonali tal-ġestjoni tal-investimenti li tinvesti l-assi tal-Canada Pension Plan,

għal Dorna: impriża li topera fil-livell internazzjonali fil-ġestjoni ta’ avvenimenti sportivi u fis-setturi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-midja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6771 – Bridgepoint/CPPIB/Dorna, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).