21.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6754 – KM Holdings/KM Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 358/05

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KM Germany Holdings GmbH (“KM Holdings”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn Onex Corporation (“Onex”, il-Kanada), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Krauss Maffei AG (il-Ġermanja), MPM III LLC (l-Istati Uniti) u MPM Equity LLC (l-Istati Uniti) (flimkien, “KM Group”), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Onex: investiment f'ekwità privata. B'mod partikolari, Onex jimmaniġġja fond li jipposjedi d-Davis Standard LLC, kumpanija li tbiegħ il-makkinarju għall-ipproċessar tal-plastik u tal-lastku, jiġifieri sistemi ta’ konverżjoni u ta’ estrużjoni,

KM Group: fornitur ta' teknoloġija u servizzi fost diversi sottosetturi tas-settur tal-makkinarju għall-ipproċessar tal-plastik u tal-lakstu, inkluż makkinarju għall-ipproċessar tal-forom bl-injezzjoni, tal-estrużjoni u tar-reazzjoni lil klijenti madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6754 – KM Holdings/KM Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).