16.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6694 – Helvetia/Certain parts of Gan Eurocourtage's Transport and Marine Insurance Portfolio)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 312/12

1.

Fl-4 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Helvetia Assurances SA (“Helevetia Assurances SA”, Franza) indirettament ikkontrollata minn Helvetia Holding AG (“Helvetia Holding”, l-Isvizzera), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ parti minn Gan Eurocourtage SA (“il-kumpanija msemmija”, Franza) permezz tax-xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Helvetia hija kumpanija tal-assigurazzjoni pan-Ewropea attiva kemm fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll f’dak mhux tal-ħajja,

il-kumpanija msemmija hija l-portafoll tal-kuntratti tal-Assikgurazzjoni tal-Baħar u tat-Trasport ta’ GEC (minbarra l-avjazzjoni u spazju) u l-assi relatati tagħhom fi Franza u d-diversi territorji Franċiżi mbiegħda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6694 – Helvetia/Certain parts of Gan Eurocourtage's Transport and Marine Insurance Portfolio, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).