|
12.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/1 |
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 28 TA’ MEJJU 2012
2012/C 309/01
Werrej
Seduta inawgurali formali
Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Akkreditazzjoni tar-rappreżentanti mhux parlamentari
|
1. |
Adozzjoni tal-aġenda (AP101.145) |
|
2. |
Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar żewġ seduti tat-22 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 145, 23 ta' Mejju 2012) |
|
3. |
Avviżi tal-Ko-Presidenti inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tas-27 ta' Mejju 2012 |
|
4. |
Stqarrija minn Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp |
|
5. |
Dibattitu ma' Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp – catch-the-eye |
|
6. |
Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kummissjoni |
|
7. |
Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fit-22 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta |
|
8. |
Volatilità tal-prezzijiet, il-funzjonament tas-swieq globali għall-prodotti agrikoli u l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi tal-AKP Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ Korapporteurs: Cornelius T. Mwalwanda (il-Malawi) u David Martin |
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 28 TA’ MEJJU 2012
(Is-seduta nfetħet fil-11.00 ta' filgħodu)
Seduta inawgurali formali
Indirizzaw l-Assemblea dawn li ġejjin:
Peter Sørensen, is-Sindku ta' Horsens, Mogens Lykketoft, President tal-Assemblea Nazzjonali tad-Danimarka, Musikari Kombo, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE, Louis Michel, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE, Helle Thorning-Schmidt, Prim Ministru tad-Danimarka.
(Is-seduta ġiet aġġornata fin-12.30 u kompliet fit-15.05)
JIPPRESIEDI: Louis MICHEL
Kopresident
Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Il-Kopresident ta merħba lill-parteċipanti kollha.
Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Il-Kopresident ħabbar li l-lista tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif mgħoddija mill-awtoritajiet tal-Istati tal-AKP u l-Parlament Ewropew, kienet se tkun annessa mal-minuti.
Akkreditazzjoni tar-rappreżentanti mhux parlamentari
Il-Kopresident ħabbar li kienu waslu tliet talbiet għall-akkreditazzjoni ta' rappreżentanti mhux parlamentari. Skont l-artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Cotonou u l-artikolu 1(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, minħabba każijiet eċċezzjonali ta' force majeure, l-E.T. is-Sur Peceli V. Vocea, l-Ambaxxatur ta' Fiji, u l-Onor. Mamy Rakotoarivelo, President tal-Kungress Transitorju (il-Madagaskar), kienu akkreditati.
1. Adozzjoni tal-aġenda (AP101.145)
L-aġenda ġiet adottata kif tidher f'dawn il-minuti.
2. Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar żewġ seduti tat-22 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 145, 23 ta' Mejju 2012)
Il-minuti ġew approvati.
3. Avviżi tal-Kopresidenti inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tas-27 ta' Mejju 2012
Il-Kopresident irrapporta dwar ir-riżultati tal-laqgħa tal-Bureau li saret fis-27 ta' Mejju 2012.
Ittieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:
|
a) |
Il-kumitati permanenti se jabbozzaw ir-rapporti li ġejjin:
|
|
b) |
Ir-riżoluzzjoni dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel tkun sostitwita minn dikjarazzjoni tal-Kopresidenti. |
|
c) |
Se jsir dibattitu mingħajr riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw. |
|
d) |
It-8 laqgħa reġjonali se ssir fis-Samoa mit-18 sal-20 ta' Lulju 2012. |
|
e) |
Kull meta possibbli, il-laqgħat reġjonali kollha jsiru fil-parlament nazzjonali rispettiv. L-għadd ta' temi għad-diskussjoni jkunu limitati sabiex jiffaċilitaw dibatitti fil-fond u jagħtu possibbiltajiet lill-Membri kollha biex jintervejnu. |
|
f) |
Missjoni ta' inkjesta se tintbagħat fil-Fiġi eżatt wara l-laqgħa reġjonali, f'dati li għandhom jiġu ffissati bejn it-22 u l-25 ta' Lulju 2012. |
|
g) |
Jekk tintbagħat missjoni ta' osservazzjoni elettorali fit-tul mill-Unjoni Afrikana, missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-APK tiġi mibgħuta fl-Angola. Missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali jistgħu jintbagħtu fir-Repubblika tal-Kongo u f'Timor Leste kemm-il darba ikunu rċevuti stediniet. |
|
h) |
Dikjarazzjoni dwar ir-riforma tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-sajd u l-impatt tagħha fuq il-pajjiżi tal-AKP kellha titressaq lill-Assemblea mill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent sabiex tiġi adottata b'akklamazzjoni. |
Il-Kopresident fakkar il-memorja tal-ex Sindku ta' Horsens, Jan Trøjborg, li ġie nieqes fis-6 ta' Mejju 2012.
Il-Kopresident informa lill-Assemblea li l-Forum tan-Nisa ltaqa' fis-26 ta' Mejju 2012. Huwa kien kopresedut minn Rajeshree Kumaree Nita Deerpalsing (il-Mawrizju) u Zita Gurmai li ddiskutew "L-irwol tan-nisa fl-iżvilupp rurali u l-aċċess tagħhom għas-servizzi tas-saħħa f'żoni rurali".
Id-Dokumenti ta' Strateġija Reġjonali u tal-Pajjiżi, kif ukoll il-Programmi Indikattivi Nazzjonali, li jikkonċernaw il-perjodu 2008-2013 tal-10 FEŻ kienu trażmessi lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet rispettivi tal-AKP bil-għan li jitqiesu mill-parlamenti tal-AKP.
Il-Kopresident ħabbar li l-iskadenzi kienu dawn li ġejjin:
|
— |
rigward emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet ta' kompromess u għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet urġenti oħra li se ssir votazzjoni dwarhom: It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2012 f'nofsinhar. |
|
— |
rigward mistoqsijiet relatati mal-metodi ta' votazzjoni: L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2012 fl-10.00 ta' filgħodu, bil-miktub. |
4. Stqarrija minn Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp.
Il-Kummissarju għamel stqarrija dwar l-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija u s-Summit ta' Rio+20, li fih enfasizza, fost oħrajn, li s-sostenibbiltà u l-ġestjoni għaqlija tar-riżorsi huma fiċ-ċentru tal-iżvilupp tal-politika tal-UE. Dawn l-elementi huma fiċ-ċentru tal-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-UE għall-Bidla u jirrappreżentaw l-ambizzjonijiet tal-UE għas-Summit ta' Rio+20 u l-Kunsill tal-Ministri konġunt tal-AKP-UE fil-Vanwatu. It-tibdil fil-klima qed jikkawża problema urġenti oħra: l-iskarsezza tar-riżorsi. Il-Kummissjoni pproponiet li tiffoka fuq l-ekonomija ekoloġika li se tipprovdi l-pilastri tal-ħajja fil-futur, jiġifieri l-ilma, l-enerġija, l-art u l-ekosistemi inklużi l-foresti, l-ambjent tal-baħar u l-effiċjenza tar-riżorsi. Il-qerda tal-faqar, is-sigurtà tal-ikel, ir-reżiljenza għad-diżastri u s-saħħa u l-għajxien tal-bniedem jiddependu fuqhom.
5. Dibattitu ma' Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp – catch-the-eye
Kelliema: Olle Schmidt, Fiona Hall, Assarid Imbarcaouane (il-Mali), Mariya Nedelcheva, Rajeshree Kumaree Nita Deerpalsing (il-Mawrizju), Patrice Tirolien, Piet Van der Walt (in-Namibja), Rabindre T. Parmessar (is-Surinam), Horst Schnellhardt, Adjedoue Weidou (iċ-Ċad), Norbert Neuser, Christophe Apala Pen'Apala Lutundula (Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Simon Dieuseul Desras (il-Ħaiti), Komi Selom Klassou (it-Togo), Soubaneh Attaye Ali (Ġibuti), Ibrahim Bundu (is-Sjerra Leone), Edwin Banda (il-Malawi) u Moses Kollie (il-Liberja).
Il-Kummissarju kopra numru varjat ta' suġġetti, inklużi: il-finanzjament tal-iżvilupp; id-differenza bejn l-impenji tal-Istati Membri tal-UE għall-finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-MDGs; l-aċċess għall-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tagħha; l-al-Qaeda fir-reġjun ta' Saħel; il-Koerenza tal-iżvilupp u r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni; id-"Differenzjazzjoni" tal-UE fl-Istrument il-ġdid għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni u l-appoġġ fil-ġejjieni għall-Pajjiżi bi Dħul Medju (MICs); il-vulnerabilità u d-distanza bħala kriterji possibbli għad-"differenzjazzjoni"; in-negozjati tal-FSE u d-disponibilità ta' żmien raġonevoli biex jitlestew; il-linji gwida tal-FEŻ; il-provvisti tal-ikel u l-bijokarburant; it-titjib tas-sitwazzjoni fil-Ħaiti; ir-riċerka u l-iżvilupp; Appoġġ tal-UE li jintegra s-settur informali attwali tal-kummerċ fl-ekonomiji nazzjonali tal-AKP, l-enerġija solari u d-deforestazzjoni; l-aċċess għall-elettriku f'żoni rurali.
Il-Kummissarju wieġeb il-mistoqsijiet imressqa mill-Membri.
6. Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kummissjoni
B'kollox saru 16-il mistoqsija lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni kienet preċedentement wieġbet għall-mistoqsijiet bil-miktub. Il-Kummissarju ta tweġibiet orali għall-mistoqsijiet supplimentari mressqa mill-awturi li ġejjin:
|
|
Mistoqsija Nru 3 minn André Pool (is-Seychelles) dwar il-Politika tal-Iżvilupp tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
|
Mistoqsija Nru 4 minn Rajeshree Kumaree Nita Deerpalsing, (il-Mawrizju) dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Aġenda għall-Bidla. |
|
|
Mistoqsija Nru 17 minn Horst Schnellhardt dwar il-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millenju dwar l-Aċċess għall-ilma. |
|
|
Mistoqsija Nru 12 minn Michael Gahler dwar is-sitwazzjoni politika interna fil-Fiġi. |
|
|
Mistoqsija Nru 13 minn Olle Schmidt dwar il-priġunieri politiċi. |
|
|
Mistoqsija Nru 7 minn Enrique Guerrero Salom dwar in-nixfa fil-Qarn tal-Afrika. |
|
|
Mistoqsija Nru 5 minn Fiona Hall dwar ir-Rio+20. |
|
|
Mistoqsija Nru 9 minn Catherine Bearder dwar il-kummerċ illegali tal-avorju u s-CITES. |
|
|
Mistoqsija Nru 10 minn Michael Cashman (sostitwit minn Derek Vaughan) dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-minerali ta' kunflitt. |
|
|
Mistoqsija Nru 11 minn Niccoló Rinaldi (sostitwit minn Catherine Bearder) dwar l-importazzjoni tax-xadini makakki b'denbhom twil mill-Mawrizju. |
L-awturi tal-mistoqsijiet Nru 1, 2, 6 u 8 ma kellhom l-ebda mistoqsija supplimentari.
L-awturi tal-mistoqsijiet Nru 14, 15 u 16 ma kinux preżenti.
7. Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fit-22 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Il-Kummissarju rrefera għad-dokument li jikkonċerna s-segwitu mill-Kummissjoni għar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta f'Lomé (it-Togo).
8. Il-votatilità tal-prezzijiet, il-funzjonament tas-swieq globali għall-prodotti agrikoli u l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi tal-AKP
Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ
Korapporteurs: Cornelius T. Mwalwanda (il-Malawi) and David Martin
Kelliema: Andris Piebalgs (Kummissjoni Ewropea), Frank Engel, Bobbo Hamatoukour (il-Kamerun), Françoise Castex, Tesfaye Daba Wakjira (l-Etjopja), Nathalie Griesbeck, Emmanuel Kwasi Bandua (il-Gana), Mariya Nedelcheva, Assarid Imbarcaouane (il-Mali), Horst Schnellhardt, Sabado Malendza (il-Możambik) u Ibrahim Bundu (Sjerra Leone).
Cornelius T. Mwalwanda (il-Malawi) (jissostittwixxi lil Eunice Kazembé bħala Membru tal-APK għall-Malawi) u David Martin ippreżentaw ir-rapport. Cornelius T. Mwalwanda (il-Malawi) enfasizza li l-volatilità tal-prezzijiet hija waħda mit-theddidiet ewlenin għas-settur agrikolu fil-pajjiżi tal-AKP. In-numru ta' nies affettwati mill-iskarsezza tal-ikel ser tikber minħabba t-tkabbir tal-popolazzjoni u l-urbanizzazzjoni akbar. David Martin enfasizza li filwaqt li fl-Ewropa tal-Punent u l-Amerika l-ikel bħalissa huwa irħas minn qatt qabel, iċ-ċittadini Afrikani għandhom jonfqu perċentwal dejjem jikber ta' dħul disponibbli fuq l-ikel.
Cornelius T. Mwalwanda (il-Malawi) u David Martin għalqu d-dibattitu.
(Is-seduta ntemmet fis-18.15)
Musikari KOMBO, EGH
Louis MICHEL
Kopresidenti
Mohamed Ibn CHAMBAS u
Luis Marco AGUIRIANO NALDA
Kosegretarji Ġenerali