10.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 305/1


Sejħa għal turija ta' interess għal Aġenti Kuntrattwali għal assenjazzjonijiet temporanji (Londra)

(2012/C 305 A/01)

EMA/CA/S/031: Persunal b'Kuntratt (għal perjodu qasir), Settur tal-Komunikazzjoni, Unità tad-Direttorat (FG IV)

L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.L-Aġenzija hija ambjent ta' xogħol multikulturali u stimulanti.

Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tas-sit tagħna huwa http://www.ema.europa.eu

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tixtieq tistabbilixxi lista ta' kandidati interessati sabiex jaħdmu bħala aġenti kuntrattwali għal żmien determinat. Il-profili tax-xogħlijiet huma ppubblikati f'dokument separat li huwa disponibbli mis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Il-kandidati li jintagħżlu se jiġu inklużi f'lista ta' riserva u jistgħu jiġu offruti xogħol temporanju li jista' jvarja minn tliet xhur sa ħames snin taħt il-kuntratt ta' aġent kuntrattwali skont il-kundizzjonijiet ta' impjiegi ta' ħaddiema oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968) (1) u d-dispożizzjonijiet implimentattivi ġenerali tal-EMA dwar il-proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-użu ta' personal kuntrattwalit fi ħdan l-EMA.

Xogħol temporanju jista' jinkludi s-sostituzzjoni ta' aġenti temporanji tal-EMA (per eżempju għal raġunijiet ta' leave tal-maternità, leave tal-paternità, leave tal-familja, leave tal-ġenituri, leave bla ħlas jew leave minħabba mard għal żmien twil) jew xogħol fuq proġetti speċifiċi għal perjodu ta' żmien qasir jekk ikun hemm fondi disponibbli. Bl-ebda mod ma jista' kuntratt ta' aġent kuntrattwali iwassal għal kuntratt ta' aġent temporanju mingħajr ma l-kandidat ikun għadda b'suċċess minn proċedura addizzjonali ta' selezzjoni. Il-kuntratt ta' aġenti kuntrattwali ma jistax jiġġedded aktar minn darba.

Il-post tal-impjieg sejjer ikun Canary Wharf, Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jewta' Liechtenstein, bil-kundizzjoni li jkunu jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

Il-kandidati għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi kollha imposti fuqhom mil-liġijiet fir-rigward tas-servizz militari u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet involuti.

Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tax-xogħol għandhom jitniżżlu mill-websajt tal-EMA:

http://www.ema.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati elettronikament permezz tal-formola li hija disponibbli mis-sit elettroniku tal-EMA. Id-data ta' skadenza biex jiġu sottomessi l-formoli ta' applikazzjoni hija l-10 ta' Novembru 2012 f'nofsillejl.

Jekk jogħġbok innota li minħabba n-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l- Aġenzija, meta toqrob id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jkollha xi problemi biex tipproċessal-ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, l-applikanti huma mħeġġa sabiex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom qabel sewwa d-data ta' għeluq.

Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra onlajn għal RSS feed fuq http://www.ema.europa.eu/ taħt “RSS news feeds”.


(1)  http://ec.europa.eu/civil_service/docs/toc100_en.pdf