5.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6706 – SK Innovation CO/Continental AG)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 300/13

1.

Fis-26 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha SK Innovation Co. Ltd., (“SK”, ir-Repubblika tal-Korea) u Continental AG, (“Continental”, il-Ġermanja) jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta maħluqa reċentement b'funzjonalità sħiħa bl-isem ta' SK Continental E-Motion Pte. Ltd. (“Continental E-Motion”, Singapor) permezz ta' xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SK: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' żejt mhux maħdum u l-iżvilupp u l-manifattura ta’ materjali għal prodotti elettroniċi u batteriji,

għal Continental: fornitur tal-industrija tal-karozzi inklużi s-sistemi tal-ibbrejkjar, is-sensors, l-istrumenti u t-tajers,

għal Continental E-Motion: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' sistemi tal-batteriji Li-ion għal vetturi ibridi u elettriċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6706 – SK Innovation CO/Continental AG, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).