2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/7


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

2012/C 296/06

Bil-preżenti, qiegħed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija (2007 sal-2013).

Qegħdin jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. L-iskadenzi u l-baġits tas-sejħa huma mogħtija fit-testi tas-sejħa, li huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Programm Speċifiku “Nies”:

Titlu tas-Sejħa

Identifikatur tas-Sejħa

Il-Lejl tar-Riċerkaturi

FP7-PEOPLE-2013-NIGHT

Sħubiji u direzzjonijiet tal-industrija-akkademja

FP7-PEOPLE-2013-IAPP

Dawn is-sejħiet għal proposti huma relatati mal-programm ta’ ħidma tal-2013 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4561 tad-9 ta’ Lulju 2012.

Tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu proposti huwa disponibbli permezz tas-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.