24.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6646 – Alstom Transport SA/FSI/Translohr)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 255/11

1.

Fis-17 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Alstom Transport SA (“Alstom Transport”, Franza) u Fonds Stratégique d'Investissement (“FSI”, Franza), ikkontrollat mill-grupp Caisse des Dépôts (Franza), jakkwistaw skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-attivitajiet Translohr tal-grupp Translohr (Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Alstom Transport: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ sistemi, apparat u servizzi għas-settur tal-ferroviji, notevolement il-materjal fuq ir-roti, it-tagħmir tas-sinjali u l-infrastrutturi,

FSI: il-parteċipazzjoni fuq perjodu ta’ żmien minn medju sa twil f’impriżi bil-promozzjoni tal-koinvestiment,

Translohr: ilkostruzzjoniu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ trammijiet bit-tajers.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6646 – Alstom Transport SA/FSI/Translohr, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).