10.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6689 – Iridium/LBEIP/Desarrollo de Equipamientos Públicos)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 240/09

1.

Fil-31 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Lloyds Bank European Infrastructure Partners (“LBEIP”) li jappartjenu għal Lloyds Banking Group u Iridium Concessiones de Infraestructuras, SA (“Iridium”), li tappartjeni għall-grupp ACS jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Desarrollo de Equipamientos Públicos, S.L. (“DEP”) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DEP hija kumpanija ta’ ġestjoni ta’ konċessjonijiet ta’ pjattaformi għat-trasport fi tranżitu,

Iridium tamministra u topera t-tipi kollha ta’ konċessjonijiet tal-gvern li jinvolvu t-trasport u x-xogħlijiet pubbliċi ta’ infrastruttura,

ACS hija grupp ddiversifikat tal-bini u tas-servizzi,

LBEIP hija maniġer tal-fond tal-pensjonijiet, li tinvesti fi proġetti infrastrutturali,

Lloyds Banking Group huwa grupp ta’servizzi finanzjarji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6689 – Iridium/LBEIP/Desarrollo de Equipamientos Públicos, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).