7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6628 – Trinecke Zelezarny/ZDB Dratovna)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 236/04

1.

Fit-30 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Trinecke Zelezarny a.s. (“TZ”, ir-Repubblika Ċeka) li tappartjeni għall-grupp ta' Moravia Steel a.s. (“Moravia Steel”, ir-Repubblika Ċeka) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll ta' partijiet mill-Grupp ZDB a.s. (ZDB, ir-Repubblika Ċeka) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida, ZDB Dratovna a.s. (“Dratovna”, ir-Repubblika Ċeka).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TZ u Moravia Steel: diversi prodotti tal-azzar, inkluża l-produzzjoni ta' vireg tal-wajer u prodotti twal tal-azzar oħra rrumblati bis-sħana, prodotti nofshom lesti, azzar wiesgħa universali rrumblat bis-sħana, tubi bla saldaturi u azzar miġbud u mqaxxar (eż. wajer miġbud mingħajr sħana u steelbars imqaxxra),

għal Dratovna: produzzjoni u distribuzzjoni ta' wajers miġbuda mingħajr sħana u prodotti magħmula minn wajers miġbuda mingħajr sħana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6628 – Trinecke Zelezarny/ZDB Dratovna, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).