|
10.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/4 |
Bidu ta' proċeduri
(Każ COMP/M.6497 – Hutchison 3G Austria/Orange Austria)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 202/04
Fit-28 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6497 – Hutchison 3G Austria/Orange Austria, fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet |
|
J-70 |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |