4.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6640 – Delphi/FCI MVL)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 196/14

1.

Fit-22 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Delphi Holding Luxembourg Sarl (il-Lussemburgu), li finalment hija kkontrollata minn Delphi Automotive Plc (“Delphi”, Jersey), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklussiv tan-negozju tal-vetturi motorizzati tal-FCI SA (“FCI MVL”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Delphi: manifattur dinji ta' komponenti tal-vetturi b'offerta ta' prodotti li tinkludi konnetturi għal applikazzjonijiet tal-karozzi u prodotti li jinkludu konnetturi tal-karozzi,

għal FCI MVL: manifattur speċjalizzat ta' konnetturi għal applikazzjonijiet tal-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6640 – Delphi/FCI MVL, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).