28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6609 – Lagardère/Bouygues/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 188/03

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi Lagardère Publicité (Franza) li jappartjenu għall-grupp Lagardère (Franza) u TF1 Publicité (Franza), immexxija mill-grupp Bouygues (Franza) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Newco (Franza) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Lagardère Publicité hija l-aġenzija tar-reklamar tal-grupp Lagardère,

Il-grupp Lagardère huwa attiv fost oħrajn fil-publikazzjoni ta’ kotba u rivisti, u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni awdjoviżivi,

TF1 Publicité hija l-aġenzija tar-reklamar tal-impriża TF1,

Il-grupp Bouygues huwa attiv fit-televiżjoni, it-telekomunikazzjonijiet, il-bini u x-xogħlijiet pubbliċi, il-bini tat-toroq, il-proprjetà, u l-infrastrutturi tal-enerġija u tat-trasport bil-ferrovija,

Newco se tikkumerċjalizza f’irkant u f’ħin reali l-ispazju għar-reklamar li jkun fadal tal-klijenti edituri tal-websajts tagħha.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6609 – Lagardère/Bouygues/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).