27.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6568 – Cisco Systems/NDS Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 187/12

1.

Fit-18 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cisco Systems, Inc. (“Cisco Systems”, L-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża NDS Group Limited (“NDS Group”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Cisco Systems: attiva globalment fl-iżvilupp u l-bejgħ ta’ tagħmir tan-netwerking ibbażat fuq l-IP relatat mal-komunikazzjonijiet u l-industrija tal-IT inklużi swiċċijiet, routers, sistemi tat-telefon għall-impriżi, sistemi ta' netwerk u ta' sigurtà tal-kontenut u kaxxi set-top diġitali u prodotti għat-teknoloġija tal-midja diġitali, u servizzi assoċjati,

għal NDS Group: attiv globalment fil-forniment ta' teknoloġija u servizzi diġitali lil fornituri tas-servizzi tat-televiżjoni bil-ħlas u lil fornituri tal-kontenut bis-satellita, bil-kejbil, terrestri u IPTV, għal apparat mobbli u għal sistemi ibridi tat-televiżjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6568 – Cisco Systems/NDS Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).