22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6591 – Tennet Offshore Gmbh/Mitsubishi Corporation/Tennet Offshore 2)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/09

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu Tennet Offshore GmbH (“TOG”, il-Ġermanja), li hi kkontrollata minn Tennet Holding B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), jieħdu l-kontroll konġunt ta' Tennet Offshore 2 skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Beteiligungsgesellschaft mbH (“HoldCo”, il-Ġermanja) permezz tal-akkwist konġunt ta' ishma f'kumpanija li għadha tinħoloq Fil-preżent HoldCo tappartjeni kompletament lil TOG. HoldCo għandha 100 % tal-ishma ta NewCo.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TOG: it-trażmissjoni tal-elettriku fil-Ġermanja lil hinn mill-kosta,

għal MC: il-kummerċ tal-enerġija, tal-metalli; tal-makkinarju, tal-kimiki, tal-ikel u tal-merkanzija ġenerali,

għal NewCo: il-bini, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' kejbils BorWin 1/2, HVDC (inklużi stazzjonijiet tal-konverżjoni) li jagħqdu xi impjanti ta' enerġija mir-riħ lil hinn mix-xtut fil-Baħar tat-Tramuntana barra mill-kosta Ġermaniża, max-xibka tad-distribuzzjoni fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6591 – Tennet Offshore Gmbh/Mitsubishi Corporation/Tennet Offshore 2, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).