14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6572 – KEMET/NEC/NEC TOKIN)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 168/07

1.

Fis-7 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KEMET Electronics Corporation (“KEMET”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u NEC Corporation (“NEC”, il-Ġappub), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt sħiħa ta' NEC TOKIN Corporation (“NEC TOKIN”, il-Ġappun) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KEMT prinċipalment timmanifattura u tbigħ kapasiters tat-tantalju, taċ-ċeramika, tal-aluminju, tal-film, tal-karti u elettrolitiċi,

NEC TOKIN timmanifattur au tbigħ kapasiters u ċerti komponenti elettroniċi oħra; kif ukoll,

NEC Hija kumpanija multinazzjonali Ġappuniża tal-IT. Hija tipprovdi firxa wiesgħa ta' prodotti tal-IT u servizzi għall-intrapriżi tan-negozju, fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni u l-gvern.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6572 – KEMET/NEC/NEC TOKIN, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).