12.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6574 – KPN/De Persgroep/Roularta/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 166/06

1.

Fil-5 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KPN Group Belgium nv/sa (“KPN GB”, il-Belġju) De Persgroep NV (“De Persgroep”, il-Belġju) u Roularta Media Group NV (“Roularta”, il-Belġju) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Hawaii NV permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal KPN GB: Sussidjarja 100 % tal-grupp ta' Koninklijke KPN NV, il-fornitur eżistenti tat-telekommunikazzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi. KPN GB hija prinċipalment attiva bħala fornitur tas-servizzi tat-telefown bil-mobajl fil-Belġju, bil-marka kummerċjali prinċipali tagħha BASE,

għal De Persgroep: Kumpanija Belġjana b'sjieda familjari, pubblikatur tal-gazzetti fil-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi, u pubblikatur tal-magazins fil-Belġju. De Persgroep u Roularta qed jikkontrollaw b'mod konġunt Vlaamse Media Maatschappij NV (“VMMa”) li topera għad ta' kanali televiżivi Belgjani/Fjammingi, bħal VTM, 2BE, JIM, vtmKzoom u Vitaya,

għal Roularta: pubblikatur tal-magazins fil-Belġju, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja; sid ta' kanali televiżivi fil-Belġju,

għal Hawaii NV: fornitur ta' pjattaforma għall-kontenut u servizzi ta' telekomunikazzjoni, li joffri lill-utenti ta' tagħmir mobbli (smart phones, laptops, tablets) aċċess għat-telekomunikazzjoni u servizzi ta' kontenut għal tagħmir mobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6574 – KPN/De Persgroep/Roularta/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).