6.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 160/1 |
REKLUTAĠĠ MAL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)
(2012/C 160 A/01)
L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa fl-1995. Hija għandha ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.
Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-websajt tagħna huwa http://www.ema.europa.eu
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riżerva għal:
|
EMA/AD/335: Kap tas-Servizz Legali, Direttorat (AD10) |
Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jiġi offrut lilhom kuntratt ta' ħames snin bħala Aġent Temporanju, li jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968).
Il-post tal-impjieg ikun Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew tal-Islanda, jew tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-websajt tal-Aġenzija:
http://www.ema.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm
L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formoli disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-formoli tal-applikazzjoni hija t-18 ta' Lulju 2012 f'nofsillejl.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija, meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalgħulha problemi biex tipproċessa ammont kbir ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data tal-għeluq.
Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet dwar l-impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra onlajn għal RSS fuq http://www.ema.europa.eu/ taħt “RSS news feeds”.