5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6584 – Vodafone/Cable & Wireless Worldwide)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 158/08

1.

Fid-29 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vodafone Group Plc (“Vodafone”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' Cable & Wireless Worldwide Plc (“CWW”) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Vodafone hi l-kumpanija possedenti ta' grupp ta' kumpaniji li huma involuti fl-operazzjoni ta' netwerks ta' telekomunikazzjoni bil-mobile u l-forniment ta' servizzi relatati ta' telekomunikazzjoni. Għandha sussidjarji li huma tagħha kollha kemm huma jew ikkontrollati minnha kif ukoll netwerks fi sħab magħha li huma operaturi tal-mobile madwar id-dinja. Xi kumpaniji operattivi tal-Vodafone jipprovdu wkoll servizzi tal-linja fissa tal-vuċi u l-broadband,

CWW hija kumpanija globali tat-telekomunikazzjoni li tipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi tal-vuċi, dejta, hosting u dawk ibbażati fuq l-IP u applikazzjonijiet madwar ir-Renju Unit, l-Asja-Paċifiku, l-Indja, il-Lvant Nofsani u l-Afrika, l-Ewropa Kontitnentali u l-Amerika ta' Fuq.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6584 – Vodafone/Cable & Wireless Worldwide, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).