5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6285 – Saria/Danish Crown/Daka JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 158/05

1.

Fl-24 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Saria Bio-Industries AG & Co. KG (“Saria”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Grupp Rethmann (il-Ġermanja) indirettament permezz tas-sussidjarja tagħha Saria Bio-Industries Denmark ApS (“Saria Denmark”, id-Danimarka), u Danish Crown A/S (“Danish Crown”, id-Danimarka) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġjunt ta’ l-impriża Daka Denmark A/S (“Daka”, id-Danimarka) permezz ta’ xiri ta’ ishma ta’ kumpanija ġdida li nħolqot bħala inizjattiva imprenditorjali konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Saria: il-ġbir, l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ prodotti sekondarji derivati mill-annimali, mill-ħxejjex u mill-agrikoltura,

għal Danish Crown: il-qtil ta’ ħnieżer u baqar, l-ipproċessar tal-laħam u n-negozjar fil-laħam,

għal Daka: il-ksib, l-ipproċessar u l-bejgħ jew ir-rimi ta’ prodotti sekondarji derivati mill-annimali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6285 – Saria/Danish Crown/Daka JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).