31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6515 – Arrow Electronics/Altimate Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/14

1.

Fil-21 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arrow Electronics Inc (“Arrow”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Altimate Group SA (“Altimate”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Arrow: distribuzzjoni globali bl-ingrossa ta' komponenti elettroniċi (inkluż semikondutturi u prodotti passivi elettromekkaniċi u tal-interkonnessjoni) u soluzzjonijiet informatiċi u tal-intrapriża (softwer u ħardwer, inklużi servers u prodotti għall-ħażna tad-dejta) u servizzi anċillari ta' appoġġ għal utenti industrijali u kummerċjali,

għal Altimate: Distribuzzjoni bl-ingrossa ta' softwer (b'mod partikolari l-ġestjoni tad-dejta, il-ġestjoni tal-IT, is-softwer għas-sigurtà u l-virtualizzazzjoni) u prodotti tal-ħardwer (partikolarment servers u prodotti għall-ħażna tad-dejta) u servizzi relatati prinċipalment fiż-ŻEE (b’mod partikolari fi Franza, fil-Portugall, fi Spanja, fir-reġjun tal-Benelux, u fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6515 – Arrow Electronics/Altimate Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).