30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6559 – Eurochem/K+S Nitrogen)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 152/10

1.

Fil-21 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), rigward l-akkwiżizzjoni proposta li biha l-impriża Eurochem Trading GmbH (“Eurochem Trading”, il-Ġermanja), propjetà tal-grupp OJSC – Mineral and Chemical Company Eurochem (“Eurochem”, ir-Russja), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriżi segwenti (flimkien, “K+S Nitrogen”), ikkontrollati minn K+S AG (“K+S”, il-Ġermanja) K+S Nitrogen GmbH (il-Ġermanja), fertiva GmbH (il-Ġermanja), K+S Gübre ve Endüstri Ürünleri San.ve Tec. Ltd Sti (it-Turkija), K plus S Iberia S.L. (Spanja), K+S Agricoltura SpA (l-Italja), K+S Hellas SA (il-Greċja), K+S Agro México SA de C.V. (il-Messiku) u K+S Interservicios SA de C.V. (il-Messiku) permezz ta' xiri ta' ishma u takkwista/jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll ta' partijiet tal-impriżi li ġejjien, ikkontrollati minn K+S: K+S Nitrogen France SAS (Franza), Shenzhen K+S Trading Co. Ltd (iċ-Ċina), K+S Asia Pacific Pte. Ltd (Singapor) u K+S AG (il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' assi, bl-impriżi u l-assi akkwiżiti flimkien li jikkostittwixxu l-attivitajiet attwali ta' K+S fil-bejgħ ta' fertilizzanti tan-nitroġenu (it-“Tranżazzjoni Proposta”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Eurochem hija attiva fl-estrazzjoni ta' minerali, faħam u l-manifattura u l-bejgħ ta' fertilizzanti minerali,

K+S Nitrogen tbigħ in-nitroġenu direttament u fertilizzanti NPK ta' kumpaniji indipendent, storikament primarjament manufatturati minn BASF f'Antwerp.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6559 – Eurochem/K+S Nitrogen, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).