| 23.5.2012 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 144/10 | 
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6455 – SCA/Georgia-Pacific Europe)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 144/11
| 1. | Fil-15 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet. skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha l-impriża Svenska Cellulosa Aktiebolaget SCA AB (“SCA”, l-Isvezja) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju Ewropew tat-tixxjus għall-konsumatur (“Georgia-Pacific Europe”) ta’ Georgia-Pacific LLP (“Georgia-Pacific”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri tal-ishma u tal-assi. | 
| 2. | L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: 
 
 | 
| 3. | Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. | 
| 4. | Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6455 – SCA/Georgia-Pacific Europe, fl-indirizz li ġej: 
 | 
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).