16.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6580 – Experian/Cerved/Experian-Cerved Information Services)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 140/03

1.

Fis-7 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Experian Holding Italia S.r.l. (“Experian”, l-Italja) u Cerved Holding SpA (“Cerved”), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Experian-Cerved Information Services SpA (“Experian-Cerved”, l-Italja) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Experian: is-servizzi ta’ uffiċċji tal-kreditu; il-ġbir u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali miġbura minn sorsi disponibbli pubblikament; is-soluzzjonijiet tas-softwer u s-servizzi tal-kummerċjalizzazzjoni għall-ġestjoni tad-dejta, l-istimi tar-riskju tal-kreditu, il-ġbir ta’ kreditu u l-ġestjoni ta’ frodi; is-soluzzjonijiet ta’ informazzjoni kummerċjali bbażata fuq l-għadd ta’ viżitaturi użati biex jissorveljaw il-komportament tal-klijenti,

Cerved: il-ġbir, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tal-informazzjoni użati biex isostnu l-organizzazzjonijiet fil-ġestjoni tar-riskju tal-kreditu, l-istimi tal-vijabbiltà tal-kreditu, il-ħolqien ta’ listi ta’ miri għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-istudju tal-pożizzjonament fis-suq; il-valutazzjoni tal-kreditu, il-ġestjoni tal-kreditu u l-ġestjoni tal-assi; il-ġbir ta’ kreditu,

Experian-Cerved: is-servizzi ta’ uffiċċji tal-kreditu.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6580 – Experian/Cerved/Experian-Cerved Information Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).