15.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6565 – Elior Concessions SA/Áreas Iberoamericana SL – Áreas SA)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 139/12

1.

Fl-4 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Elior Concessions SA (“Elior”), Franza, ikkontrollata minn Charterhouse Capital Partners LLP (“Charterhouse”), ir-Renju Unit, u Robert Zolade, ċittadin Franċiż, jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll kollu ta’ Áreas Iberoamericana SL, fi Spanja u fl-aħħar mill-aħħar ta’ Áreas SA (“Áreas”), Spanja, li hija 100 % sussidjarja ta' Áreas Iberoamericana SL, li preċedentement kienet ikkontrollata b’mod konġunt minn Elior u Emesa SL (“Emesa”), Spanja, permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Elior hija sussidjarja ta’ Elior SCA, li hija kumpanija possedenti li tmexxi lill-grupp Elior. Hija attiva prinċipalment fl-industrija tas-servizzi tal-ikel u b’mod partikolari fil-forniment tal-ikel b’kuntratt u fis-servizzi tal-forniment tal-ikel b’kuntratt lil kumpaniji, skejjel, universitajiet, sptarijiet u djar tal-anzjani. Sa ċertu punt Elior topera wkoll fil-qasam tal-ġestjoni tal-faċilitajiet, tal-bejgħ bl-imnut f’postijiet tal-ivvjaġġar u tas-servizzi ta’ bejgħ. L-attivitajiet tan-negozju tagħha jkopru bosta pajjiżi Ewropej, kif ukoll l-Amerika Latina u l-Istati Uniti. Permezz tal-kumpanija sussidjarja Elior Restauration & Services SA hija tipprovdi ukoll il-forniment tal-ikel b’kuntratt fi Spanja taħt il-marka “Serunión”),

Charterhouse tappartjeni għal grupp li jipprovdi servizzi ta’ investiment ta’ ekwità u ta’ ġestjoni ta’ fondi,

Robert Zolade huwa investitur Franċiż,

Emesa hija kumpanija Spanjola li tipprovdi servizzi varji bħal beni immobbiljari, servizzi mediċi u konsultazzjonijiet,

Áreas Iberoamericana hija l-kumpanija possedenti li tikkontrolla lil Áreas u m'għandhiex attività tas-suq tagħha,

Áreas hija l-kumpanija ewlenija ta’ grupp li prinċipalment jipprovdi servizzi tal-ikel ta’ konċessjoni. Il-faċilitajiet tiegħu jinsabu f'ajruporti, stazzjonijiet tal-ferrovija, awtostradi, arterji kbar, ċentri tax-xiri u postijiet tal-fieri.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6565 – Elior Concessions SA/Áreas Iberoamericana SL – Áreas SA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).