15.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6579 – Mitsubishi Corporation/Development Bank of Japan INC/DVB Bank SE/TES Holdings LTD)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 139/11

1.

Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), Development Bank of Japan (“DBJ”, il-Ġappun) u DVB Bank (“DVB”, il-Ġermanja), li hi kkontrollata minn DZB Group (“DZB”, il-Ġermanja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal- impriża TES Holdings Ltd u s-sussidjarji tagħha (“TES”, ir-Renju Unit) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MC: attivitajiet ġenerali ta’ kummerċ f’diversi industriji, fosthom l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimika, l-ikel u prodotti ġenerali,

għal DBJ: servizzi finanzjarji, fosthom servizzi integrati ta’ investiment u self kif ukoll servizzi ta’ konsulenza u konsultattivi,

għal DVB: servizzi finanzjarji, li jispeċjalizzaw fit-trasport internazzjonali tal-finanzi, fosthom soluzzjonijiet finanzjarji integrati u servizzi konsultattivi fir-rigward tal-Finanzi tat-Tbaħħir, il-Finanzi tal-Avjazzjoni u l-Finanzi tat-Trasport fuq l-Art,

għal DZB: istituzzjoni ċentrali għal netwerk finanzjarju kooperattiv Ġermaniż (“Volksbanken Raiffeisenbanken”) u servizzi bankarji korporattivi,

għal TES: ġestjoni ta’ magni tal-ajruplani, kiri għal terminu qasir ta’ magni tal-ajruplani użati (“stub leasing”) u bejgħ ta’ partijiet u materjal tal-ajruplani.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6579 – Mitsubishi Corporation/Development Bank of Japan INC/DVB Bank SE/TES Holdings LTD, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).