3.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6548 – RGM/ALPINE Bau/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 128/07

1.

Fit-23 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RGM Facility Management GmbH (il-Ġermanja), li hija proprjetà tal-Grupp ta’ Kumpaniji RGM, kontrollata fl-aħħar mill-aħħar minn Dr Jürgen Großmann, azzjonist waħdani tal-Georgsmarienhütte Holding GmbH (il-Ġermanja), flimkien mal-impriża ALPINE Bau GmbH (l-Awstrija), min-naħa tagħha proprjetà tal-Grupp ta’ Kumpaniji FCC Construcción (Spanja), jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Blumauerplatz Immobilien Projektentwicklungs GmbH (l-Awstrija) permezz tal-akkwist ta’ ishma f’kumpanija stabbilita ġdida.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

RGM Facility Management GmbH: il-ġestjoni teknika, kummerċjali u infrastrutturali ta’ proprjetà immobbli użata għan-negozju (facility management),

Dr. Jürgen Großmann: Dr Jürgen Großmann azzjonist waħdani ta’ Georgmarienhütte Holding GmbH, riċiklar ta' materja prima, il-produzzjoni tal-azzar, funderiji, provvist ta’ krejnijiet u impjanti tal-kostruzzjoni kif ukoll servizzi mabuta ma' dan,

ALPINE Bau GmbH: kostruzzjoni, kostruzzjoni ta’ toroq u ta’ linji tal-ferrovija, kostruzzjoni ta’ pontijiet, kostruzzjoni ta’ mini, kostruzzjoni speċjalizzata ta’skala kbira, kostruzzjoni ta’ impjanti sportivi, kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija kif ukoll hija impriża attiva fit-teknika tal-enerġija u tal-ambjent,

FCC Construcción: l-industrija tal-bini, is-dispożizzjoni tal-iskart, it-tindif tat-toroq, il-provvista tal-ilma, l-ippurifikar tad-drenaġġ, il-produzzjoni tas-siment, l-iżvilupp u l-amministrazzjoni tal-proprjetà immobbli,

Blumauerplatz Immobilien Projektentwicklungs GmbH: il-ġestjoni teknika, kummerċjali u infrastrutturali ta’ proprjetà immobbli użata għan-negozju (facility management).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6548 – RGM/ALPINE Bau/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).