|
13.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6540 – DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo/Boston Holding/Borkum Riffgrund I Offshore Windpark)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 107/07
|
1. |
Fid-29 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo GmbH (il-Ġermanja) – ikkontrollata minn DONG Energy A/S (“DONG Energy”, (id-Danimarka) – u Boston Holding A/S (id-Danimarka) – ikkontrollati minn Kirkbi Invest A/S (id-Danimarka), li finalment hija kkontrollata mill-familja Kirk Kristiansen, u William Demant Invest A/S (id-Danimarka), li hija kkontrollata mill-Fondazzjoni Oticon – jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt tal-impriża Borkum Riffgrund I Offshore Windpark A/S GmbH & Co oHG (“Borkum Riffgrund I”, il-Ġermanja), permezz ta' kontribuzzjoni ta' flus likwidi u akkwist ta' assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6540 – DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo/Boston Holding/Borkum Riffgrund I Offshore Windpark, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).