12.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6530 – EDF/Edison)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 106/04

1.

Fid-29 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Electricité de France SA (“EDF”, Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Edison SpA (“Edison”, l-Italja), permezz tal-akkwist ta’ ishma. Edison bħalissa hija kkontrollata konġuntement minn EDF u minn A2A SpA (l-Italja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EDF: il-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-fornitura bl-imnut kif ukoll servizzi oħra relatati mal-elettiku fi Franza u pajjiżi oħra, inkluża l-Italja, kif ukoll il-bejgħ bl-ingrossa u l-fornitura bl-imnut tal-gass naturali,

għal Edison: il-ġenerazzjoni, il-kummerċ, il-fornitura bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku u l-espolorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasportazzjoni, il-ħażna, id-distribuzzjoni, il-fornitura bl-ingrossa u bl-imnut tal-gass naturali fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6530 – EDF/Edison, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).