11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/4


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2012/C 103/04

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn San Marino.

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li laħqu ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni taż-EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: San Marino

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Għaxar snin tal-munita euro

Deskrizzjoni tad-disinn: Is-sinjal tal-euro fiċ-ċentru tal-munita juri li l-Euro sar element ta’ importanza partikolari fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja kollha hekk kif il-munita euro żviluppat u saret attur globali fis-sistema monetarja internazzjonali fl-aħħar għaxar snin. L-elementi ta’ disinn madwar is-simbolu tal-Euro fuq il-munita jesprimu l-importanza tal-Euro għaċ-ċittadini, għad-dinja finanzjarja (it-torri tal-BĊE), għall-kummerċ (bastimenti), għall-industrija (fabbriki), għas-settur tal-enerġija u r-riċerka u l-iżvilupp (power stations li jaħdmu bir-riħ). L-inizjali AH tal-artist jidhru taħt l-imaġini tat-torri tal-BĊE. Fin-naħa ta' fuq jidher l-isem il-pajjiż tal-ħruġ “SAN MARINO”, u l-marka taz-zekka tidher fuq in-naħa tal-lemin filwaqt li l-indikazzjoni 2002-2012 tidher fin-naħa t'isfel tal-munita.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li ser jinħarġu:

Data tal-ħruġ: Mejju 2012


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14 1 2009, p. 52).