30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/35


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6483 – PGGM Vermogensbeheer/Barclays Bank/UPP Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 93/13

1.

Fis-23 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha PGGM Vermogensbeheer B.V. (“PGGM”) u Barclays Bank (ir-Renju Unit), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża UPP Group (ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PGGM (il-Pajjiżi l-Baxxi) tipprovdi servizzi fil-qasam tal-pensjonijiet fil-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni, ġestjoni tal-assi, appoġġ għall-ġestjoni u konsulenza politika għall-bosta fondi tal-pensjoni Olandiżi,

għal Barclays Bank: l-operat ta' kumpanija tal-Barclays Group. Barclays huwa fornitur ta' servizzi finanzjarji globali impenjata f'operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u dawk kummercjali, karti ta' kreditu, servizzi bankarji għall-investiment, u servizzi ta' gestjoni tal-investiment,

għal UPP Group: attwalment ikkontrollat unikament mill-Barclays Fund Manager. UPP jipprovdi soluzzjonijiet għal-finanzjament, it-tfassil u l-operazzjoni ta' faċilitajiet residenzjali u akkademiċi lil universitajiet fir-Renju Unit, kif ukoll joffri servizz kontiwu ta' ġestjoni għal dawn il-faċilitajiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6483 – PGGM Vermogensbeheer/Barclays Bank/UPP Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).