24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/18


MEDIA 2007

Sejħa għall-Proposti – EACEA/09/12

Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali

2012/C 88/10

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Din in-notifika dwar Sejħa għall-Proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata taħt din id-Deċiżjoni hija li jingħata appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali.

L-iskema tal-Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali ssawwar waħda mill-metodi li bih il-programm MEDIA 2007 jassigura li l-iżjed teknoloġiji u xejriet reċenti jkunu inkorporati fil-prattiċi tan-negozju tal-benefiċjarji tal-programm.

L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li tappoġġa l-ħolqien u l-isfruttar ta’ katalgi ta’ xogħlijiet Ewropej li jitqassmu diġitalment madwar il-fruntieri lil udjenza usa’ u/jew fiċ-ċinema permezz ta’ servizzi għad-distribuzzjoni avvanzata, bl-integrazzjoni, fejn ikun meħtieġ, ta’ sistemi ta’ sigurtà diġitali sabiex jiġi protett il-kontenut onlajn.

2.   Applikanti eleġibbli

Din in-notifika hija maħsuba għall-kumpaniji Ewropej li bl-attivitajiet tagħhom jagħtu kontribut favur l-objettivi msemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi taż-ŻEE

L-Isvizzera

Il-Kroazja

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina (skont il-kondizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż fil-programm MEDIA)

3.   Attivitajiet eleġibbli

L-azzjonijiet eliġibbli fl-ambitu ta’ din is-sejħa għall-proposti huma dawn:

(1)

Video on Demand (VoD): Servizz li jippermetti lil individwi li jagħżlu xogħlijiet awdjoviżivi minn server ċentrali biex jarawhom fuq skrin remot billi jistrimjawhom (streaming) u/jew iniżżluhom

(2)

Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali (DCD): Konsenja diġitali (fi standard kummerċjali aċċettabbli) ta' “Kontenut Prinċipali” (“Core Content”), jiġifieri feature films, films televiżivi jew sensiliet televiżivi (finzjoni, animazzjoni u dokumentarji) lil stabbilimenti ċinematografiċi għal użu kummerċjali (permezz ta' ħardisk, satellita, onlajn …)

Il-perjodu tal-azzjoni għandu jdum tal-inqas 3 snin.

L-attivitajiet il-ġodda għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Lulju 2012 u l-1 ta’ Marzu 2013.

4.   Kriterji tal-Għoti

Kull attività eliġibbli li titressaq ser tkun ivvalutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

il-katalgu u l-linja editorjali (10 %)

id-dimensjoni Ewropea tal-katalgu (20 %)

Il-kwalità u l-ispejjeż meħtieġa apparagun mal-effikaċja tal-Mudell ta’ Negozju mressaq (20 %)

L-istrateġija għat-tqegħid fis-suq (20 %)

L-aspetti innovattivi tal-attività (10 %)

Id-dimensjoni tal-Iggruppar u n-Netwerking (10 %)

L-udjenza fiċ-ċentru tal-proġett u l-impatt potenzjali (10 %)

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 6 725 000.

Il-kontribuzzjoni massima għal kull attività taħt dawn il-linji gwida hija EUR 1 000 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja ser jkollha l-għamla ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2012.

Jiġu aċċettati biss dawk l-applikazzjonijiet li jitressqu fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċċjali, u li jkunu ffirmati b’mod xieraq mill-persuna li tkun awtorizzata tidħol f’impenji legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika. Fuq l-enveloppi huwa importanti li jinkiteb b’mod ċar:

MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografikia Diġitali – EACEA/09/12

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata jew servizz ta’ kurrier (spejjeż għall-applikant) f’dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografikia Diġitali – EACEA/09/12

Mr Constantin DASKALAKIS

BOUR 03/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bil-posta elettronika.

7.   Dettalji sħaħ

Il-linji gwida dettaljati u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/culture/media/programme/newtech/vod_dcc/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jitressqu fuq il-formoli pprovduti.