23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6201 – HSH/Malév)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 86/06

1.

Fit-8 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Hungarian State Holding (“HSH”; bl-Ungeriż Magyar Nemzeti Vagyonkezelő Zrt., “MNV”, l-Ungerija) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu ta' Malév Magyar Légiközlekedési Zrt. (“Malév”, l-Ungerija) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HSH: il-ġestjoni ta’ ishma proporjetà tal-Istat Ungeriż,

Malév: it-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, itt-trasport tal-posta u tal-merkanzija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6201 – HSH/Malév, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).