13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6314 – Telefónica UK/Vodafone UK/Everything Everywhere/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 74/11

1.

Fis-6 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Telefónica UK Limited (“Telefónica UK”), li tappartjeni għal Telefónica Group, Vodafone UK Limited (“Vodafone UK”), li tappartjeni għal Vodafone Group Plc u Everything Everywhere Limited (“EE”), ikkontrollati b’mod konġunt minn France Télécom u Deutsche Telekom jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża JVCo (UK) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Telefónica UK: il-provvista ta’ servizzi ta’ telefonija fissa u ċellulari fir-Renju Unit,

għal Vodafone UK: l-operazzjoni ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli u l-provvista ta’ servizzi relatati ta’ telekomunikazzjonijiet, inklużi servizzi ta’ telefonija tal-vuċi, messaġġi, dejta u kontenut, paging bir-radju u servizzi ta' valur miżjud għal netwerks fir-Renju Unit,

għal EE: il-provvista ta’ servizzi ta’ telefonija fissa u ċellulari fir-Renju Unit,

għal JVCo: il-provvista ta’ bosta servizzi ta’ kummerċ bil-mowbajl lil negozji inklużi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni diġitali, servizzi ta' tranżazzjonijiet bil-mowbajl u onlajn u servizzi assoċjati mal-analiżi ta’ dejta.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6314 – Telefónica UK/Vodafone UK/Everything Everywhere/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).