13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/9


Avviż ta' reklutaġġ PE/150/S

2012/C 74/06

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:

PE/150/S – Kap tal-Unità (AD 9) – L-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Budapest

Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal kors ta' grad Universitarju komplut iċċertifikat b'diploma uffiċjalment rikonoxxuta f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati jeħtieġ li, sad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u minn meta jkunu kisbu l-kwalifika msemmija hawn fuq, ikollhom tal-anqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet, li minnhom 3 snin jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni maniġerjali.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ qed jiġi ppubblikat biss bl-Ungeriż. It-test sħiħ jinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 74 A b'din il-lingwa.