3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6489 – Saint-Gobain/Trakya/Sisecam/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 64/13

1.

Fis-16 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Saint-Gobain Glass France, sussidjarja ta’ Compagnie de Saint-Gobain SA (“Saint-Gobain”), permezz ta’ Saint-Gobain Sekurit France, u Trakya Cam Sanayii A.Ș. (“Trakya”), sussidjarja ta’ Turkiye Sise ve Cam Fabrikalari A.S. (“Sisecam”), jakkwistaw kontroll konġunt, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ TRSG Autoglass Holding BV, li wara takkwista kontroll totali ta’ Automotive Glass Alliance Rus ZAO (“AGAR”) u toħloq Automotive Glass Alliance Rus Trading ZAO (“AGART”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Saint-Gobain: manifattura u bejgħ ta’ ħġieġ, ċeramika, plastik u materjal tal-bini. Hi tinsab attiva wkoll fid-distribuzzjoni ta’ materjal tal-bini f’diversi pajjiżi taż-ŻEE,

għal Trakya: manifattura u bejgħ ta’ ħġieġ, oġġetti tal-ħġieġ, imballaġġ tal-ħġieġ u kimiċi,

għal Sisecam: manifattura u bejgħ ta’ ħġieġ, oġġetti tal-ħġieġ, imballaġġ tal-ħġieġ u kimiċi,

għal AGAR: manifattura u bejgħ ta’ ħġieġ ta’ tagħmir awtomottiv fir-Russja,

għal AGART: importazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tal-ħġieġ ta' prodotti awtomottivi speċifiċi li ma jistgħux jiġu manifatturati minn AGAR.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6489 – Saint-Gobain/Trakya/Sisecam/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).