29.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6513 – Avenance Italia/Gemeaz Cusin)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 60/08

1.

Fit-22 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avenance Italia (l-Italja) fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ tal-impriża Gemeaz Cusin (l-Italja) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Avenance Italia, li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata b'mod konġunt minn Charterhouse u Robert Zolade, hija attiva f'servizzi ta’ provvista ta’ ikel fuq kuntratt u f'servizzi tal-ġestjoni ta’ faċilitajiet fl-Italja,

Gemeaz Cusin hija attiva f'servizzi ta’ provvista ta’ ikel fuq kuntratt fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6513 – Avenance Italia/Gemeaz Cusin, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).